Thaís dos Santos Silva and Ludi Adelino Djama
NO BRAKES 

NO BRAKES huwa proġett multidixxiplinarju ta’ Éléa Sajous u Yassine Abouhamid li jesplora l-movimenti tan-nisa fl-ispazju pubbliku. Ikkombinat ma’ prestazzjoni koreografika kollettiva fuq ir-rota u arkivju dokumentarju, tintuża l-imsemmija rota biex tiddiskuti t-tensjoni bejn il-libertà u l-periklu. Huwa tentattiv artistiku biex il-vulnerabbiltà tinbidel f’saħħa u terġa tqum għall-darb ohra. Il-proġett huwa appoġġjat mill-IN SITU u Spazju Kreattiv.

 

1) Għidulna ftit dwarkhom.

Aħna Éléa Sajous u Yassine Abouhamid, ko-fundaturi tal-kollettiv multidixxiplinarju 3/3.

Éléa: Jien żeffiena, koreografa u kittieba bbażata bejn Tangier u Toulouse. Bħala ko-fundatriċi tal-kollettiv 3/3, niffoka fuq ir-riċerka u l-ħolqien kollettiv (GAP, NO BRAKES). Wara t-taħriġ tiegħi fiż-żfin  kontemporanju, ix-xogħol tiegħi jgħaqqad il-moviment, il-poeżija u l-prestazzjoni biex jesplora d-dinamika tal-identità u l-kodiċi soċjali, u jkompli r-riċerka poetika li bdiet bil-ġabra tiegħi Par-dessus sens (2020).

Yassine: Jien direttur u fotografu bbażat fil-Marokk. Jien il-fundatur ta’ HeyStrangersFilms, fejn niffoka fuq films qosra, films taż-żfin, u xogħlijiet esperimentali kkaratterizzati minn xogħol bil-kamera fl-idejn u xeni twal. Barra mix-xogħol tiegħi fl-arti viżiva u r-rwol kurrenti tiegħi bħala fotografu ma’ Google, nieħu ispirazzjoni mill-passjoni tiegħi għat-teknoloġija, ix-xjenza u l-astronomija.

 

2) Għidulna ftit dwar il-prattika artistika tagħkom u x’inhu jispirakom.

Aħna naħdmu bħala duo multidixxiplinarju, ngħaqqdu l-isfond ta’ Éléa fil-koreografija u l-letteratura mal-għajn ċinematika ta’ Yassine. Il-prattika ta’ Éléa tinvestiga l-kodiċi soċjali u l-identità minn perspettiva poetika u somatika, filwaqt li x-xogħol viżiv ta’ Yassine huwa kkaratterizzat minn stil ta’ filming bil-kamera fl-idejn, immexxi mix-xewqa li jaqbad il-konnessjoni umana f’forma mhux ippreparata u l-fiżika tal-moviment.

Aħna nieħdu ispirazzjoni mill-ħolqa bejn il-ġisem intimu u l-ispazju pubbliku. Il-kollaborazzjoni tagħna tfittex li tiddokumenta u tittrasforma r-realtà, billi tuża t-triq bħala spazju ta’ esplorazzjoni biex nesploraw temi ta’ vulnerabbiltà u reżiljenza.

 

3) X’tittamaw li tistabilixxu matul ir-residenza tagħkom f’Malta?

Matul ir-residenza tagħna f’Malta, nittamaw li nikkonnettjaw ma’ perspettivi lokali lejn l-ispazju pubbliku, kif ukoll niġbru x-xhieda tal-esperjenzi ta’ kuljum tan-nies fih. Meta nsuqu r-roti madwar Malta, inkunu nistgħu nħossu kemm ċerti forom ta’ movimenti huma milqugħa jew le. Waqt li nkunu qed noħolqu NO BRAKES b’mod attiv, il-proċess ta’ riċerka se joffri wkoll ħin għal laqgħat u konversazzjonijiet li se jkunu ta’ valur kbir għall-iżvilupp tal-film dokumentarju.

NO BRAKES is a multidisciplinary project by Éléa Sajous and Yassine Abouhamid that explores women’s movement in public space. Combining a collective bike-ride choreographic performance with a documentary archive, the piece uses the bicycle to question the tension between freedom and danger. It is an artistic attempt to transform vulnerability into power and to collectively reclaim the street. The project is supported by the IN SITU platform and Spazju Kreattiv.

 

1) Tell us a bit about yourselves.

 

We are Éléa Sajous and Yassine Abouhamid, co-founders of the multidisciplinary 3/3 collective.

 

Éléa: I am a dancer, choreographer, and writer based between Tangier and Toulouse. As a co-founder of the 3/3 collective, I focus on collective research and creation (GAP, NO BRAKES). Trained in contemporary dance, my work merges movement, poetry, and performance to explore the dynamics of identity and social codes, extending the poetic research initiated with my collection Par-dessus sens (2020).

 

Yassine: I am a self-taught filmmaker and photographer based in Morocco. I am the founder of HeyStrangersFilms, where I specialize in short films, dance films, and experimental shoots characterized by handheld camerawork and long takes. Alongside my work in visual arts and my current role as a photographer at Google, I draw inspiration from my passion for technology, science, and astronomy.

 

2) Tell us a bit about your art practice and what inspires you.

 

We operate as a multidisciplinary duo, merging Éléa’s background in choreography and literature with Yassine’s cinematic eye. Éléa’s practice investigates social codes and identity through a poetic and somatic lens, while Yassine’s visual work is characterized by handheld camerawork driven by a desire to capture raw human connection and the physics of movement.

 

We are inspired by the friction between the intimate body and public space. Our collaboration seeks to document and transform reality, using the street as a playground to explore themes of vulnerability and resilience.

 

3) What do you hope to achieve with your residency in Malta?

 

During the residency in Malta, we hope to connect with local approaches to public space, as well as to collect testimonies of people’s lived experiences of it. Cycling through Malta will allow us to sense how welcome or unwelcome certain modes of movement are perceived. While actively creating NO BRAKES, the research process will also allow time for encounters that will be precious to the development of the documentary film.