Loading Events
Event Series Event Series: Ċama Ċama

Ċama Ċama

14+
90 mins
Maltese
€25 | €20

Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Concession tickets include students, senior citizens and Special ID Holders (SID).

Categories:

Dati u Ħin
Il-Ġimgħa, 8 ta' Mejju 2026, 20:00
Is-Sibt, 9 ta' Mejju 2026, 20:00
Il-Ħadd, 10 ta' Mejju 2026, 19:00
Il-Ġimgħa, 15 ta' Mejju 2026, 20:00
Is-Sibt, 16 ta' Mejju 2026, 20:00
Il-Ħadd, 17 ta' Mejju 2026, 19:00

Hekk kif is-sħana tas-sajf f'Malta tinżel fuq ir-raħal, it-toroq jimtlew bir-ritmu familjari tal-festa. Iżda taħt il-kuluri vibranti u l-mużika, tbaqbaq tensjoni. Deċiżjonijiet meħuda wara bibien magħluqa qasmu l-parroċċa, u qajmu dibattitu bejn dawk li jħaddnu bidla meħtieġa u dawk li jibżgħu li jintilfu tradizzjonijiet għeżież.

Maqbuda fin-nofs, Christine tispiċċa taffaċċja memorji tal-ħabiba tagħha tat-tfulija, Margaret, filwaqt li Dun Noel u Dun Clint jitħabtu biex isibu bilanċ bejn il-fidi tagħhom u l-aspettattivi tqal ta’ komunità maqsuma. Fost il-kaos annwali u l-ħeffa tal-umoriżmu ta’ Fredu, Ċama Ċama tiżvolġi bħala drama kontemporanja  kommoventi. Tesplora l-kumplessità tas-sens ta’ appartenenza u l-kuraġġ profond meħtieġ biex titkellem meta s-skiet jidher aktar faċli.

Magħżula għall-Kompetizzjoni tal-Kitba  tal-Iskripts Studio Francis Ebejer tal-2024, dan id-dramm jaqbad il-qalba ta’ soċjetà li qed tinbidel u li qed tissielet mal-identità tagħha stess.

Diskussjoni wara l-ispettaklu se ssir nhar il-Ħadd, 10 ta' Mejju.


Kittieb: Gabriel Lia

Mentor tal-iskript: Immanuel Mifsud

Direttriċi: Lee-N Abela

Disinn tas-Sett: Romualdo Moretti

Disinn tad-Dawl: Chris Gatt

Disinn tal-Ħoss: Luke Camilleri

Atturi: Peter Galea, Emmanuel Cassar, Chris Camilleri, Abigail Borg, Alexia Micallef


Dan il-proġett huwa kkummissjonat minn Spazju Kreattiv u huwa fi sħubija mal-Arts Council Malta, Teatru Malta u Teatru Manoel.

Dates and time
Friday, 8th May, 2026, 8:00pm
Saturday, 9th May, 2026, 8:00pm
Sunday, 10th May, 2026, 7:00pm
Friday, 15th May, 2026, 8:00pm
Saturday, 16th May, 2026, 8:00pm
Sunday, 17th May, 2026, 7:00pm
As the Maltese summer heat settles over the village, the streets fill with the familiar rhythm of the festa. Yet beneath the vibrant colours and music, tension simmers. Decisions made behind closed doors have fractured the parish, sparking a debate between those embracing necessary change and those fearing the loss of cherished traditions. Caught in the crossfire, Christine is forced to confront memories of her childhood friend, Margaret, while Fr Noel and Fr Clint struggle to balance their faith with the heavy expectations of a divided community. Amidst the yearly chaos and the levity of Fredu’s humour, Ċama Ċama unfolds as a moving contemporary drama. It explores the complexities of belonging and the profound courage required to speak out when silence feels easier. Selected for the 2024 Studio Francis Ebejer Scriptwriting Competition, this play captures the heart of a changing society grappling with its own identity.
A post-show discussion will be held on Sunday, 10th May.

Writer: Gabriel Lia Script Mentor: Immanuel Mifsud Director: Lee-N Abela Set Design: Romualdo Moretti Light Design: Chris Gatt Sound Design: Luke Camilleri Cast: Peter Galea, Emmanuel Cassar, Chris Camilleri, Abigail Borg, Alexia Micallef
This project is commissioned by Spazju Kreattiv and is in partnership with Arts Council Malta, Teatru Malta & Teatru Manoel.