Loading Events

Cecil Satariano – A Cinematic Retrospective Day 1

Categories:

Dan l-avveniment għadda


Dati
Il-Ħamis, 23 ta' Ottubru 2025, Mill-19:00 sal-21:00

L-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta qed jospitaw retrospettiva speċjali biex jonoraw lil Cecil Satariano (1930-1996), produttur tal-films, kritiku u awtur pijunier Malti.Bejn l-1969 u l-1978, Satariano dderieġa ħames films li rebħu premjijiet, u żewġ films relatati mal-ivvjaġġar, li kollha nġibdu fuq film b’pellikola żgħira.

It-tieni film tiegħu, jiġifieri Giuseppi (1971), li ġie mfaħħar ħafna, rebaħ 20 premju internazzjonali. L-aħħar film tiegħu, Katarin (1978), kien kisba importanti bħala l-ewwel film Malti li nxtara minn distributur ewlieni tal-films barrani.

Il-ħames films ta’ Satariano issa ġew diġitalizzati u restawrati bir-reqqa minn “The Cecil Satariano Film Restoration Project”, immexxi minn Veronica Galea, li kien tragward storiku għall-wirt ċinematiku ta’ Malta. Dan se jippermetti lill-ġenerazzjoni l-ġdida tesperjenza, bħal qatt qabel, ix-xogħol tiegħu li issa jifforma parti mill-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta. Dan l-avveniment speċjali se jinkludi wirjiet ta’ dawn il-films li għadhom kif ġew restawrati u, permezz ta’ panels ta’ diskussjoni u preżentazzjonijiet, joffri ħarsa dettaljata lejn l-influwenza dejjiema ta’ Satariano.

L-avveniment jifforma wkoll parti mill-programm tal-Jum Dinji għall-Wirt Awdjoviżiv tal-2025, ikkoordinat mill-Coordinating Council of Audiovisual Archives Associations.

 


 

Jum 1 - 23 ta' Ottubru 2025 @ 7:00 pm

Ingħaqad magħna għal żewġ Preżentazzjonijiet u żewġ wirjiet

Preżentazzjoni 1 Cecil Satariano, Ħajja u Ħidma minn Jean Pierre Borg Skopri lil Cecil Satariano, mill-isforzi tiegħu bħala korrispondent tal-films u kritiku tal-films għall-attiviżmu tiegħu għar-riforma taċ-Ċensura u fl-aħħar mill-aħħar il-karriera tiegħu bħala produttur tal-films li ġiet imfaħħra mill-kritiċi.

Preżentazzjoni 2 Il-Proġett ta’ Restawr tal-Films ta’ Cecil Satariano minn Veronica Galea u Tom Bakels Bl-użu ta’ immaġnijiet u siltiet minn films komparattivi “qabel u wara” biex juru l-interventi tar-restawr, id-Direttriċi u r-Restawratur Prinċipali tal-Films ta’ dan il-proġett se jippreżentaw id-diversi sfidi li ltaqgħu magħhom matul ir-restawr tal-films ta’ Satariano.Il-kelliema, li se jibdew billi jiddiskutu t-tfittxija għall-films li damet is-snin, se jelaboraw dwar kif ittrattaw il-materjali tal-films Super 8 u 16mm li kienu ddeterjoraw, u l-kwistjonijiet li nqalgħu meta ġew skoperti edits differenti ta’ xi wħud mill-films.

Film 1 Giuseppi (1971, Super 8, 22 minuta)

Film 2 Let Them Be (1971, Super 8, 11-il minuta)

Biljetti MHUX SE jinbiegħu minn Spazju Kreattiv għal din il-ġurnata. Is-siġġijiet għal din il-ġurnata huma fuq bażi ta min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel. Għal aktar informazzjoni, ikkuntattja l-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta permezz tal-email [email protected]

 

 

This event has passed


Dates
Thursday, 23rd October, 2025, From 7:00pm to 9:00pm

The National Archives of Malta is hosting a special retrospective to honour Cecil Satariano (1930–1996), a pioneering Maltese filmmaker, critic, and author. Between 1969 and 1978, Satariano directed five award-winning films and two travelogues, all of which were shot on small-gauge film.

His second film, the acclaimed Giuseppi (1971), won 20 international awards. His final film, Katarin (1978), marked a landmark achievement as the first Maltese film to be acquired by a major foreign film distributor. In a historic milestone for Malta’s cinematic heritage, Satariano's five films have now been digitised and meticulously restored by The Cecil Satariano Film Restoration Project; led by Veronica Galea. This will allow a new generation to experience his work, now forming part of the National Archives of Malta, as never before.

This special event will feature screenings of these newly restored films and, through panel discussions and presentations, offer a detailed insight into Satariano’s enduring influence. This event also forms part of the programme of the 2025 World Day for Audiovisual Heritage, coordinated by Coordinating Council of Audiovisual Archives Associations.

 


 

Day 1 - 23 October 2025 @ 7:00 pm Join us for two Presentations and two screenings Presentation 1 Cecil Satariano, Life and Work delivered by Jean Pierre Borg Discover Cecil Satariano, from his endeavours as a film correspondent and film critic to his activism for the reform of Censorship and ultimately his critically acclaimed filmmaking career.

Presentation 2 The Cecil Satariano Film Restoration Project delivered by Veronica Galea and Tom Bakels Using “before and after” comparative images and film extracts to show restoration interventions, the Director and Head Film Restorer on this project will present the various challenges encountered during the restoration of Satariano’s films. Starting with the years-long search for the films, the speakers will elaborate on dealing with deteriorated Super 8 and 16mm film materials and the issues raised after discovering different film edits of some of the films.

Film 1 Giuseppi (1971, Super 8, 22 minutes) Film 2 Let Them Be (1971, Super 8, 11 minutes)

Tickets WILL NOT be sold by Spazju Kreattiv for this day. Seating for this day are at first come first served basis. For more information, contact the National Archives of Malta through e-mail [email protected]