DJALOGI hija sensiela ta’ inkontri ma’ kittieba varji, uħud emerġenti, uħud iżjed stabbiliti. Permezz ta’ dawn il-waqtiet, Inizjamed flimkien ma’ Spazju Kreattiv, qed tesponi varjetà wiesgħa ta’ kitbiet mberrħa f’kotba jew maħżuna fi mkejjen oħra. Din is-sensiela għandha l-għan li tagħti l-piż lill-kelma li drabi oħrajn ma jingħatax. F’temp ta’ siegħa, il-kliem se jitberraħ u jinħabb, se jintraqam u jitfellel, se jintniseġ u jitrakkma. Id-DJALOGI tessut: kull skambju ħajta waħda f’nisġa twila ppreżentata f’sensiela ta’ intervista u qarja kull xahar.
It-tieni djalogu se jittella’ 9 ta’ Ġunju fis-7pm fi Spazju B, ġewwa Spazju Kreattiv. Kurt Borg se jkun qed jintervista lil Noah Fabri.
Noah Fabri studja l-antropoloġija u jikteb il-mużika, il-proża u għat-teatru. Tipparteċipa f’komunitajiet tal-arti DIY fejn tgħallmet diversi prattiki kollaborattivi li bihom toħloq xogħolha. Noah huwa parti mill-kollettiv mużikali Karmaġenn. Fl-arti viżiva, Noah ħadmet f'wirjiet kollaborattivi fejn tellgħet il-performances Inbigħu l-Imqaret (2021), Huma Min Huma? (2021), u Insalata (2023), u l-istallazzjoni Ħaxix Ħażin (2024). Noah ħadem ukoll mal-artista Martina Farrugia fuq il-pubblikazzjonijiet Dar Imħawra (2021) u Nanniet Laġenba (2024). Il-kitba tagħha dehret fi tnejn mill-antoloġiji ta’ Praspar Press (2021 u 2023). L-ewwel rumanz tagħha, It-Togħma Morra taċ-Ċiċri, ħareġ fl-2024 minn Merlin Publishers.
Kurt Borg huwa esejist u akkademiku. Hu l-awtur ta’ sens ta’ ħarifa (Klabb Kotba Maltin 2024), ġabra ta’ esejs personali li jittrattaw it-temi tal-vulnerabbiltà, il-memorja u l-għatx għall-konnessjoni. Kurt huwa wkoll lettur fid-Dipartiment tal-Istudji Politiċi u l-Governanza fl-Università ta’ Malta. Il-kitbiet tiegħu dehru f’kotba u ġurnali akkademiċi kif ukoll f’gazzetti u rivisti. Huwa wkoll koeditur tal-ktieb Xi Tfisser Tkun Bniedem? (Horizons 2023).
L-udjenzi mħeġġin jattendu u jipparteċipaw ukoll.DJALOGI is a series of encounters with various writers, some emerging and others more established. Through these sessions, Inizjamed together with Spazju Kreattiv showcases a wide range of writings, some published in books, others kept hidden elsewhere. The aim of this series is to give due weight to the written word, which at times is not afforded the attention it deserves. Over the course of an hour, words will be unfolded and embraced, measured and sifted, woven and embroidered. DJALOGI is a fabric: each exchange a single thread in a long weave, presented through a monthly series of interviews and readings.
The second dialogue will be held on 9th of June at 7pm at Space B, inside Spazju Kreattiv. Kurt Borg will be interviewing Noah Fabri.
Noah Fabri studied anthropology and writes music, prose, and for theatre. She participates in DIY art communities, where she learned various collaborative practices through which she creates her work. Noah is part of the musical collective Karmaġenn. In visual art, she has worked on collaborative exhibitions where she presented the performances Inbigħu l-Imqaret (2021), Huma Min Huma? (2021), and Insalata (2023), as well as the installation Ħaxix Ħażin (2024). Noah has also worked with the artist Martina Farrugia on the publications Dar Imħawra (2021) and Nanniet Laġenba (2024). Her writing has appeared in two of Praspar Press’s anthologies (2021 and 2023). Her first novel, It-Togħma Morra taċ-Ċiċri, was published in 2024 by Merlin Publishers.
Kurt Borg is an essayist and academic. He is the author of sens ta’ ħarifa (Klabb Kotba Maltin, 2024), a collection of personal essays dealing with themes of vulnerability, memory, and the thirst for connection. Kurt is also a lecturer in the Department of Political Studies and Governance at the University of Malta. His writings have appeared in books and academic journals, as well as in newspapers and magazines. He is also co-editor of the book Xi Tfisser Tkun Bniedem? (Horizons, 2023).
Our audiences are invited to attend and be part of the conversion.
Cast & Creative Team
Artistic Director - Leanne Ellul Co-ordinator - Jean Paul Borg Interviewer - Kurt Borg Interviewee - Noah Fabri
October 21@4:00 pm
November 6, 2026 - January 3, 2027
November 18@4:00 pm