
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)
Concession tickets include students, senior citizens and Special ID Holders (SID).
Jerġa’ jingħaqad mal-attur rinomat Fares Fares, id-direttur Tarik Saleh jippreżenta Eagles of the Republic, satira politika li fl-istess ħin isservi ta’ twissija qawwija dwar kif it-totalitarjaniżmu li bil-mod il-mod jaħkem il-mentalità ta’ nazzjon sħiħ.
Fares jinterpreta lil George Fahmy, l-aktar stilla maħbuba u magħrufa taċ-ċinema Eġizzjana, attur kariżmatiku li ilu jgawdi l-lussu u l-privileġġi li tatu l-fama u l-ġid tiegħu. Iżda meta l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż jagħmlulu pressjoni biex jieħu sehem f’film ta’ propaganda li jfaħħar it-tlugħ fil-poter tal-president, George jispiċċa maqbud f’sitwazzjoni impossibbli: jobdi, jew jirriskja li jitlef kollox. Hekk kif jinġibed dejjem aktar f’labirint ta’ gideb, sorveljanza u manipulazzjoni fi ħdan iċ-ċirku intern tar-reġim, jibda jintebaħ kemm il-makkinarju tat-tirannija jista’ jkun impossibbli biex taħrab minnu.
B’taħlita għaqlija ta’ umoriżmu u traġedja dejjem tikber, Saleh jesplora b’mod qawwi kif il-kultura u l-espressjoni artistika jistgħu jiġu manipulati u sfruttati minn dawk determinati li jżommu l-poter akkost ta’ kollox, filwaqt li jikxef il-linja fraġli bejn il-prestazzjoni, il-kompliċità u r-reżistenza.
Reuniting with acclaimed actor Fares Fares, Tarik Saleh’s latest film, Eagles of the Republic, is at once a clever political satire and a sobering cautionary tale of how the creeping spread of totalitarianism slowly takes over a nation’s psyche.
Fares plays Egypt’s most famed and adored leading man, George Fahmy, a man who has come to enjoy the finer things in life – all the luxuries his large salary has afforded him over the years. But when he’s approached by the country’s highest authorities to star in a propaganda film about the president’s rise to power, the life he knows is threatened if he refuses their call. Drawn into a spider’s web of lies, spies and deception of the inner circle of power, George finds himself unable to escape the spindly snare of tyranny in all its forms.
In a clever interplay of comedy and tragedy, Saleh unpacks how culture and creativity are manipulated by sinister forces determined to remain in power at all costs.
July 12@5:00 pm
July 12@7:30 pm
July 14@7:30 pm