
Firmament hija wirja individwali mill-artist viżiv u l-awtur Ryan Falzon. It-terminu “firmament” tradizzjonalment jirreferi għas-sema jew il-volta tas-sema, maħsuba fil-kożmoloġija antika u t-testi bibliċi bħala koppla solida li tirrapprezenta l-konfini bejn dak li huwa tad-dinja u d-divin.
Firmament hija stedina għal vjaġġ fi ħdan l-ispazju liminali fejn il-kożmoloġiji jinħallu, u d-dinjiet esterni u interni jikkonverġu. Firmament tesponi stati traxxendentali u tensjonijiet psikoloġiċi permezz tal-istratifikar. F'dan il-korpus ta’ xogħol multidixxiplinari, li jinkludi pitturi, installazzjonijiet, u qari, Falzon jesplora u jinfed l-idea ta’ firmament stabbli u ordnat, filwaqt li jieħu ispirazzjoni viżwali u kunċettwali mil-Mesopotamja u l-Eġittu tal-qedem, illustrazzjonijiet esoterici medjevali, u referenzi diretti lejn l-inċiżjoni Flammarion. Din l-immaġni ikonika turi vjaġġatur kurjuż li jinfed it-tarf tas-sema, irrappreżentat bħala koppla ċelestjali solida, biex jara l-makkinarju moħbi tal-kożmos lil hinn minnu. Dan l-att ta’ tiċrit tal-firmament jissimbolizza x-xewqa tal-bniedem li jittraxxendi l-fiżiku u il- kosmiku, waqt li ghaddej fuq vjagg intern.
Żjarat tal-Wirjiet:
L-Erbgħa 17 ta' Ġunju 2026, 7pm
Tnedija tal-Katalgu fl-Ispazju C4:
Il-Ħamis 25 ta' Ġunju 2026, 7pm
Kelliema: Francois Zammit, Veruschka Götz, u Ryan Falzon
It-tnedija pubblika tal-katalgu ta’ Firmament, li se ssir fil-25 ta’ Ġunju fis-7.00pm, se tlaqqa’ lill-artist Ryan Falzon u lill-kuraturi François Zammit u Veruschka Götz f’konversazzjoni miftuħa dwar il-qafas kunċettwali, il-proċess artistiku u l-metodoloġiji kuratorjali li fuqhom hija mibnija l-wirja. Bħala proġett multidixxiplinari li jgħaqqad il-pittura, l-installazzjoni u l-kitba fittizja ta’ Falzon, Firmament jopera bejn in-narrattiva u l-espressjoni viżiva, u jwassal lill-viżitatur fi vjaġġ introspettiv. Id-diskussjoni se tesplora d-deċiżjonijiet kuratorjali li sawru r-ritmu u l-loġika spazjali tal-wirja, kif ukoll il-modi kif it-tifsira tinbena permezz tal-frammentazzjoni, id-djalogu u l-atmosfera fil-gallerija nnifisha.
Artist Ryan Falzon
Ko-Kuraturi Veruschka Götz & François Zammit
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
Wednesday 17th June 2026, 7pm
Catalogue Launch in Space C4: Thursday 25th June 2026, 7pm Speakers: Francois Zammit, Veruschka Götz, and Ryan Falzon The public catalogue launch for Firmament on the 25th June, 7pm, will see artist Ryan Falzon and curators François Zammit and Veruschka Götz engage in an open-format conversation around the conceptual framework, artistic process, and curatorial methodologies underpinning the exhibition. As a multidisciplinary project incorporating painting, installation, and fictional writing by Falzon, Firmament operates across narrative and visual registers, allowing the exhibition to unfold in an introspective journey. The discussion will reflect on the curatorial decisions that shaped its rhythm and spatial logic, as well as the ways in which meaning is constructed through fragmentation, dialogue, and atmosphere within the gallery environment itself.![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
September 15@7:00 pm - September 20@9:00 pm
September 16 - September 19
September 16 - September 19