Dan l-avveniment għadda
Dati
Il-Ħamis 12 ta' Marzu - Il-Ħadd 3 ta' Mejju 2026
For Want of (not) Measuring hija wirja eklettika li tinvestiga r-rwol tal-kejl fl-arti u kif nipperċepixxu d-dinja ta’ madwarna.
Hija tiġbor flimkien grupp ta’ artisti lokali u internazzjonali biex jesploraw l-użu problematiku u poetiku tas-sistemi u l-kejl. In-narrattiva tal-wirja tieħu approċċ metafiżiku biex tisfrutta l-użu korporali ta’ dak li nqisu bħala l-apparat tal-kejl. Il-proġett jisfida l-fehma tradizzjonali tal-kejl bħala għodda purament oġġettiva għall-fehim.
Minflok, jesplora l-modi suġġettivi u problematiċi li bihom jista’ jintuża l-kejl, partikolarment fir-rigward tal-ħin, l-ispazju, u l-memorja. Il-wirja tutilizza diversi forom ta’ arti, inkluż it-tpinġija u l-pittura, l-iskultura, il-fotografija, installazzjonijiet, films, u ħsejjes.
Tnedija tal-Katalgu: For Want of (not) Measuring
Data: 30 ta’ April 2026
Ħin: 7:00pm
Post: Spazju Ċ 3
It-tnedija tal-katalgu For Want of (not) Measuring se testendi l-esebizzjoi f’diskussjoni pubblika diretta li tiffoka fuq il-kwistjonijiet ewlenin tagħha: il-kejl mhux biss bħala għodda newtrali, iżda bħala mezz kif nifhmu, norganizzaw u nittestjaw id-dinja ta’ madwarna.
Imqiegħed fil-kuntest ta’ esebizzjoni li tesplora r-rwol tal-kejl fl-arti u li tqajjem mistoqsijiet dwar l-oġġettività tal-metriċi, dan l-avveniment jiġbor flimkien lill-awturi tal-esejs tal-katalgu, lil Prof. Ing. Emmanuel Francalanza, Dr Clive Zammit u Alex Zammit biex jersqu lejn it-tema minn perspettivi xjentifiċi, filosofiċi u kuratorjali.
Magħhom jingħaqdu wkoll il-kuratur Vince Briffa u l-artisti preżenti għat-tnedija, biex il-konversazzjoni tinfetaħ għal skambju aktar wiesa’ mal-udjenza dwar l-ideat, it-tensjonijiet u r-realtajiet li l-esebizzjoni tqajjem.
Kelliema:
Emmanuel Francalanza
Clive Zammit
Alexander Zammit
Vince Briffa
Moderat minn
Matthew Vella
Artisti
Alessandro Aiello / Canecapovolto, Trevor Borg, Yanyun Chen, Matthew Galea, Jim Hobbs, Kristina Huxley, Patrick Adam Jones, Katie Sims, Andreas Treske and David Waterworth
Kuratur
Vince Briffa
Assistent Kuratur
Alexander Zammit
Dan il-proġett huwa appoġġjat mid-
Dipartiment tal-Arti Diġitali (l-Università ta' Malta).
This event has passed
Dates
Thursday 12th March - Sunday 3rd May 2026
For Want of (not) Measuring is an eclectic exhibition that investigates the role of measurement in art and how we perceive the world around us.
It brings together a group of local and international artists to explore the problematic and poetic use of systems and measurement. The exhibition’s narrative takes a metaphysical approach to exploit the corporeal use of what we deem to be the measuring apparatus. The project challenges the traditional view of measurement as a purely objective tool for understanding.
Instead, it explores the subjective and problematic ways in which measurement can be used, particularly in relation to time, space, and memory. The exhibition utilises various art forms, including drawing and painting, sculpture, photography, installation, film, and sound.
Catalogue Launch: For Want of (not) Measuring
Date: 30th April 2026
Time: 7:00pm
Venue: Spazju C 3
The catalogue launch of For Want of (not) Measuring will extend the exhibition into a live public conversation around its central concerns: measurement not simply as a neutral instrument, but as a way of perceiving, ordering and testing the world. Framed by an exhibition that investigates the role of measurement in art and questions the supposed objectivity of metrics, the event brings together catalogue essayists Prof. Ing. Emmanuel Francalanza, Dr Clive Zammit and Alex Zammit to approach the theme from scientific, philosophical and curatorial perspectives. They will be joined by curator Vince Briffa and the artists present for the launch, opening the discussion towards a broader exchange with the audience around the ideas, tensions and lived realities that the exhibition sets in motion.
Speakers:
Emmanuel Francalanza
Clive Zammit
Alexander Zammit
Vince Briffa
Moderated by Matthew Vella
Artists
Alessandro Aiello / Canecapovolto, Trevor Borg, Yanyun Chen, Matthew Galea, Jim Hobbs, Kristina Huxley, Patrick Adam Jones, Katie Sims, Andreas Treske and David Waterworth
Curator
Vince Briffa
Assistant Curator
Alexander Zammit
This project is supported by the
Department of Digital Arts (University of Malta).