
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)
Concession tickets include students, senior citizens and Special ID Holders (SID).
GIANT, dram li jġib ħames stilel mill-kritiċi u bil-protagonist John Lithgow (Killers of the Flower Moon, The Crown) fir-rwol ta' Roald Dahl, issa jasal fuq il-big screen. Rebbieħ ta' tliet Premjijiet Olivier®, fosthom dak għall-Aqwa Dramm, u ta' Tony Award® għall-Aqwa Attur fi Dramm (John Lithgow), din il-produzzjoni ġiet iffilmjata live fil-West End ta' Londra qabel bdiet il-vjaġġ tagħha ta' suċċess b'biljetti kollha mibjugħa fuq Broadway. Il-kast eċċezzjonali jinkludi wkoll lil Aya Cash (The Boys, The Franchise, You're the Worst), Elliot Levey (Cold War, Patriots, Good) u Rachael Stirling (The Divine Mrs S).
Awtur famuż madwar id-dinja għall-kotba tat-tfal jinsab taħt pressjoni. Konfront ta' rieda wara skandlu. U opportunità waħda biex jirranġa l-ħsara...
Sajf 1983. The Witches wasal biex jiġi ppubblikat u Roald Dahl qed jagħmel l-aħħar bidliet fil-manuskritt. Iżda l-kontroversja dwar artiklu reċenti tiegħu, li kien bil-miftuħ antisemitiku, għadha ma waqfitx. Matul waranofsinhar wieħed fid-dar tal-familja tiegħu, u wara konfrontazzjoni mhux mistennija li tieħu żvolta splussiva, Dahl ikollu jagħmel għażla kruċjali: joħroġ apoloġija pubblika jew jirriskja ismu u r-reputazzjoni tiegħu.
Ispirat minn ġrajjiet reali, GIANT jesplora, b'umoriżmu skur, id-differenza bejn opinjoni meqjusa u retorika perikoluża, filwaqt li joffri ritratt kumpless ta' figura ikonika b'kariżma straordinarja.
GIANT, the 5-star critically acclaimed play starring John Lithgow (Killers of the Flower Moon, The Crown) as Roald Dahl, comes to the big screen. Winner of 3 Olivier Awards® including Best Play and a Tony Award® for Best Actor in a Play (John Lithgow), the production was filmed live in London’s West End ahead of its sold-out Broadway run. The stellar cast includes Aya Cash (The Boys, The Franchise, You’re the Worst), Elliot Levey (Cold War, Patriots, Good) and Rachael Stirling (The Divine Mrs S).
A world-famous children’s author under threat. A battle of wills in the wake of scandal. And one chance to make amends...It’s the summer of 1983, The Witches is about to hit the shelves and Roald Dahl is making last-minute edits. But the outcry at his recent, explicitly antisemitic article won’t die down. Across a single afternoon at his family home, and rocked by an unexpectedly explosive confrontation, Dahl is forced to choose: make a public apology or risk his name and reputation. Inspired by real events, GIANT explores with dark humour the difference between considered opinion and dangerous rhetoric offering a complicated portrait of a fiendishly charismatic icon.
October 11@4:00 pm
October 11@7:30 pm
October 13@7:00 pm