Loading Events

Il-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta

Categories:

Dan l-avveniment għadda


Dati
It-Tlieta 25 ta' Awwissu - Is-Sibt 29 ta' Awwissu 2026

Il-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta' Malta huwa appuntament annwali li jgħaqqad flimkien kittieba u tradutturi minn Malta, mill-Mediterran u lil hinn. Jesebixxi l-ħsieb u l-kitba kontemporanja, filwaqt li jippromwovi l-interazzjoni bejn il-lingwi, il-ġeneri, u l-ġografiji, u jfittex li jiġu diskussi wħud mill-kwistjonijiet ewlenin ta' żmienna.

Din is-sena l-Festival se jilqa' l-kittieba: Jen Calleja (l-Ingilterra), Claire Lajus (Franza), Karl Schembri (Malta/Kenja), Keith Borg (Malta), Hammed Aboud (is-Sirja), Rosaria Lo Russo (l-Italja), u Batool Abu Akleen (il-Palestina/Franza), flimkien ma' kittieba u artisti oħrajn.

Il-21 edizzjoni qed tittella' bi sħab mal-Kunsill Malti għall-Arti u bl-għajnuna ta' Versopolis. Il-Festival qed jikkollabora ma' Spazju Kreattiv u għandu wkoll l-għajnuna tal-APS Bank, l-Għaqda tal-Malti — Università, l-Istituto Italiano di Cultura di La Valletta, The Data Knitters, Merlin Publishers, Merlin Library, il-Fondazzjoni tal-Arkivji Nutarili, u t-Teatru Salesjan.


Qari Qsajjar (1)

Data u Ħin: L-Erbgħa 26 t’Awwissu, mill-4.30pm sal-4.45pm

Post: Il-Foyer taċ-Ċinema, Spazju Kreattiv

Qari qsajjar minn Karl Schembri, wieħed mill-aktar vuċijiet distinti fil-letteratura Maltija kontemporanja. Permezz ta' silta mix-xogħol tiegħu, Schembri se jaqsam stejjer li jqanqlu riflessjoni u jiftħu spazju għal djalogu mal-udjenza. Id-dħul huwa b’xejn.


Qari Qsajjar (2)

Data u Ħin: L-Erbgħa 26 t’Awwissu, mill-4.45pm sal-5.00pm

Post: Il-Foyer taċ-Ċinema, Spazju Kreattiv

Qari qsajjar minn Jen Calleja, kittieba u traduttriċi magħrufa għal xogħlijiet li jesploraw il-lingwa, l-identità, u l-appartenenza. Permezz ta' silta mix-xogħol tagħha, Calleja se toffri esperjenza letterarja unika. Id-dħul huwa b’xejn.


Films tal-Poeżija u t-Tnedija ta’ In-Numri tal-Baħar

Data u Ħin: L-Erbgħa 26 t’Awwissu, fis-7.00pm

Post: Spazju Kreattiv

Serata ddedikata lill-poeżija fuq l-iskrin, b’għażla ta’ films tal-poeżija Maltin u internazzjonali, segwiti minn diskussjoni u t-tnedija ta’ In-Numri tal-Baħar. Il-proġett jgħaqqad il-poeżija, ir-riċerka, il-viżwalizzazzjoni tad-data, u l-mużika f’esperjenza artistika multidixxiplinari, b’poeżiji ta' Anton Buttigieg u Elizabeth Grech, riċerka u viżwalizzazzjoni ta’ Yanika Borg (The Data Knitters), kurazzjoni ta’ Matthew Schembri, u mużika ta’ Robert Farrugia mis-sensiela Natura Maltija ta’ Saviour Bonnici. Il-biljetti jinxtraw għal €5. Agħfas hawn.


Qari Qsajjar (3)

Data u Ħin: Il-Ħamis 27 t’Awwissu, mis-6.00pm sas-6.15pm

Post: Il-Foyer taċ-Ċinema, Spazju Kreattiv

Qari qsajjar minn Claire Lajus, li se taqsam silta mix-xogħol tagħha. Din hija opportunità biex tisma’ l-vuċi tal-awtriċi u tiltaqa’ mill-qrib mal-kitba tagħha. Id-dħul huwa b’xejn.


Qari Qsajjar (4)

Data u Ħin: Il-Ħamis 27 t’Awwissu, mis-6.15pm sas-6.30pm

Post: Il-Foyer taċ-Ċinema, Spazju Kreattiv

Qari qsajjar minn Keith Borg, li se jaqsam silta mix-xogħol tiegħu. Opportunità biex tiskopri l-kitba tiegħu u tesperjenza l-qawwa tal-kelma letterarja f’atmosfera intima. Id-dħul huwa b’xejn.


Qari Qsajjar (5)

Data u Ħin: Il-Ġimgħa 28 t’Awwissu, mill-4.00pm sal-4.15pm

Post: Il-Foyer taċ-Ċinema, Spazju Kreattiv

Qari qsajjar minn Hamed Aboud, li se jaqsam silta mix-xogħol tiegħu. Opportunità biex il-pubbliku jiltaqa’ ma’ wieħed mill-aktar vuċijiet letterarji distinti tas-Sirja kontemporanja. Id-dħul huwa b’xejn.


Qari Qsajjar (6)

Data u Ħin: Il-Ġimgħa 28 t’Awwissu, mill-4.15pm sal-4.30pm

Post: Il-Foyer taċ-Ċinema, Spazju Kreattiv

Qari qsajjar minn Rosaria Lo Russo, li se taqsam silta mix-xogħol poetiku tagħha. Id-dħul huwa b’xejn.


Qari Qsajjar (7)

Data u Ħin: Il-Ġimgħa 28 t’Awwissu, mill-4.30pm sal-4.45pm

Post: Il-Foyer taċ-Ċinema, Spazju Kreattiv

Qari qsajjar minn Batool Abu Akleen, li se taqsam silta mix-xogħol tagħha u twassal il-vuċi tagħha permezz tal-letteratura. Id-dħul huwa b’xejn.


Il-Wirja “In-Numri tal-Baħar”

Data: Mill-Erbgħa 25 ta' Awwissu sal-Ħadd 30 ta' Awwissu

Post: Il-Foyer taċ-Ċinema, Spazju Kreattiv

Il-proġett In-Numri tal-Baħar ta’ The Data Knitters, b’appoġġ mill-APS Bank, se jesebixxi r-riżultat finali tiegħu fil-Foyer taċ-Ċinema ta' Spazju Kreattiv. Ir-riċerka ta’ Yanika Borg fuq il-poeżiji ta’ Anton Buttigieg u Elizabeth Grech se tittrasforma ruħha f’esperjenza artistika multidixxiplinari li se tkun tista’ tiġi esperjenzata f’din il-wirja kkurata minn Matthew Schembri u b’mużika ta’ Robert Farrugia.

This event has passed


Dates
Tuesday 25th August - Saturday 29th August 2026

The Mediterranean Literature Festival of Malta is an annual event bringing together writers and translators from Malta, the Mediterranean, and beyond. It showcases contemporary thought and writing while promoting interaction between languages, genres, and geographies, and addressing key issues of our time.

This year's Festival will welcome the following writers: Jen Calleja (United Kingdom), Claire Lajus (France), Karl Schembri (Malta/Kenya), Keith Borg (Malta), Hammed Aboud (Syria), Rosaria Lo Russo (Italy), and Batool Abu Akleen (Palestine/France), alongside other writers and artists.

The 21st edition is held in partnership with the Malta Arts Council and with the support of Versopolis. The Festival is collaborating with Spazju Kreattiv, and is also supported by APS Bank, Għaqda tal-Malti — Università, Istituto Italiano di Cultura di La Valletta, The Data Knitters, Merlin Publishers, Merlin Library, Notarial Archives Foundation, and Teatru Salesjan.


Short Readings (1)

Date and Time: Wednesday 26 August, 4.30pm to 4.45pm

Location: Cinema Foyer, Spazju Kreattiv

A short reading by Karl Schembri, one of the most distinctive voices in contemporary Maltese literature. Through an excerpt from his work, Schembri will share thought-provoking stories and open a space for dialogue with the audience. Admission is free.


Short Readings (2)

Date and Time: Wednesday 26 August, 4.45pm to 5.00pm

Location: Cinema Foyer, Spazju Kreattiv

A short reading by Jen Calleja, a writer and translator known for work that explores language, identity and belonging. Through an excerpt from her work, Calleja will offer a unique literary experience. Admission is free.


Poetry Films and the Launch of In-Numri tal-Baħar

Date and Time: Wednesday 26 August, 7.00pm

Location: Spazju Kreattiv

An evening dedicated to poetry on screen, featuring a selection of Maltese and international poetry films, followed by a discussion and the launch of In-Numri tal-Baħar. The project brings together poetry, research, data visualisation and music in a multidisciplinary artistic experience, featuring poems by Anton Buttigieg and Elizabeth Grech, research and data visualisation by Yanika Borg (The Data Knitters), curation by Matthew Schembri, and music by Robert Farrugia from Saviour Bonnici’s Natura Maltija series. Tickets cost €5. Click here.


Short Readings (3)

Date and Time: Thursday 27 August, 6.00pm to 6.15pm

Location: Cinema Foyer, Spazju Kreattiv

A short reading by Claire Lajus, who will share an excerpt from her work. This is an opportunity to hear the author’s voice and encounter her writing up close. Admission is free.


Short Readings (4)

Date and Time: Thursday 27 August, 6.15pm to 6.30pm

Location: Cinema Foyer, Spazju Kreattiv

A short reading by Keith Borg, who will share an excerpt from his work. This is an opportunity to discover his writing and experience the power of the literary word in an intimate setting. Admission is free.


Short Readings (5)

Date and Time: Friday 28 August, 4.00pm to 4.15pm

Location: Cinema Foyer, Spazju Kreattiv

A short reading by Hamed Abboud, who will share an excerpt from his work. This is an opportunity for the public to encounter one of the distinctive literary voices of contemporary Syria. Admission is free.


Short Readings (6)

Date and Time: Friday 28 August, 4.15pm to 4.30pm

Location: Cinema Foyer, Spazju Kreattiv

A short reading by Rosaria Lo Russo, who will share an excerpt from her poetry. Admission is free.


Short Readings (7)

Date and Time: Friday 28 August, 4.30pm to 4.45pm

Location: Cinema Foyer, Spazju Kreattiv

A short reading by Batool Abu Akleen, who will share an excerpt from her work and convey her voice through literature. Admission is free.


The “In-Numri tal-Baħar” Exhibition

Date: Tuesday 25 August to Sunday 30 August

Location: Cinema Foyer, Spazju Kreattiv

The final outcome of The Data Knitters’ In-Numri tal-Baħar project, supported by APS Bank, will be exhibited in the cinema foyer at Spazju Kreattiv. Yanika Borg’s research into the poetry of Anton Buttigieg and Elizabeth Grech will be transformed into a multidisciplinary artistic experience in this exhibition, curated by Matthew Schembri and featuring music by Robert Farrugia.