
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)
Concession tickets include students, senior citizens and Special ID Holders (SID).
Il-qarċilla hi farsa tat-triq li tmur lura għas-seklu 18, forsi aktar, li fiha raġel liebes ta’ nutar jaqra l-kitba taż-żwieġ quddiem għarus u għarusa maskarati. Il-kuntratt ikun mimli kliem doppju sens, botti fuq is-soċjetà u wegħdiet fiergħa.
Imma x’jiġri jekk l-għarusa ma titfaċċax? Jekk ix-xhieda jiġu idhom f’idhom? Jekk in-nutar taqbiżlu ċ-ċinga u jparpar ’l hemm? Jekk ħadd ma jkun jista’ jgħid kliem baxx u doppju sens?
Għal Frar 2026 għandna qarċilla li tisfida t-tradizzjoni, li taqlibha ta’ taħt fuq, u li fiha anki ż-żmerċ imur żmerċ. Jekk ma tiflaħx għal serata li nifsek tniffishulek, moħħok tmaħħaħhulek, u qalbek tqallibhielek, isma’ minni u t-12-il edizzjoni tal-Qarċilla aqbiżha. Ma tgħoddx għalik!
Il-Qarċilla is a street farce dating back to the 18th century, perhaps even earlier. A man, acting as a notary, would read out a marriage contract in verse, with satirical innuendos and humour, in the presence of two young people acting as the bride and groom-to-be.
But what happens if the bride doesn’t show up? If the witnesses arrive empty-handed? If the notary loses his temper and decides to walk away?
This February 2026, we present a Qarċilla that defies tradition, turns it upside down, and where even the things meant to go wrong actually do. If you can’t handle an evening that will take your breath away and at some point offend you, take our advice and skip the 12th edition of Qarċilla. It’s not for you!
June 19@8:00 pm - June 21@9:30 pm
June 20@8:00 pm
June 21@7:00 pm