Loading Events

Malta Mediterranean Literature Festival

Categories:

Dan l-avveniment għadda


Dati
L-Erbgħa 20 ta' Awwissu - Il-Ħamis 28 ta' Awwissu 2025

 Castillo Screening + Panel Discussion

Bħala parti mill-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta 2025, fl-20 ta’ Awwissu fis-7.30 pm fiċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv se jintwera l-film Malti Castillo. Bl-appoġġ tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, il-film se jkun segwit minn diskussjoni pubblika mmexxija mill-kittieb u l-kritiku Teodor Reljić. Jingħaqdu miegħu Simone Spiteri, kittieba għat-teatru u awtriċi mistiedna għall-Festival ta’ din is-sena; Mark Camilleri, il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb; u l-filmografu Carlos Debattista. Castillo jesplora t-temi tal-identità u l-memorja permezz ta’ narrattiva qawwija ffukata fuq ir-rabtiet tal-familja u r-relazzjonijiet femminili. Wara d-diskussjoni, l-awtriċi Clare Azzopardi, il-kittieba tar-rumanz li nebbaħ il-film, se tiffirma l-kotba tagħha. Is-serata tagħlaq b’bibita informali, li toffri lill-udjenza tagħna l-okkażjoni li tiltaqa’ mal-kelliema u tkompli d-diskussjoni f’ambjent informali.

Data u ħin: L-Erbgħa 20 ta’ Awwissu fis-7:30pm

Tul: sagħtejn u 8 minuti film + nofs siegħa diskussjoni + riċeviment

Post: Spazju Kreattiv Cinema

Lingwa: Malti (sottotitli bl-Ingliż)

Prezz: €5

Link tal-biljett


All the Wor(l)d’s a Stage

Bħala parti mill-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta 2025, fis-26 ta’ Awwissu fit-8 pm fi Spazju Kreattiv se tittella’ s-serata All the Word’s a Stage. Din is-serata tlaqqa’ flimkien il-performattività, il-poeżija u l-kitba għall-palk sabiex tesplora s-saħħa tal-kelma mitkellma u miktuba fuq il-palk. Il-kelliema mistiedna huma l-kittieba għat-teatru u attriċi Maltija Simone Spiteri, u l-poeta u performer Belġjana Maud Vanhauwaert, li se tieħu sehem bħala parti mill-pjattaforma Versopolis li tappoġġja vuċijiet poetiċi emerġenti minn madwar l-Ewropa. L-awtur u performer Keith Borg imexxi s-sessjoni, li ddur madwar il-konverġenzi bejn il-letteratura, it-teatru u l-performattività. Il-lejla tinkludi qari u performances li jenfasizzaw l-impatt tal-kelma mitkellma. Dawk li jattendu jkollhom l-opportunità jixtru l-kotba ta’ Simone Spiteri u jingħataw chapbook b’xejn bil-poeżiji ta’ Maud Vanhauwaert, tradotti minn Clare Azzopardi u ppubblikati minn Inizjamed bl-appoġġ ta’ Versopolis.

Data u ħin: It-Tlieta 26 ta’ Awwissu fit-8pm

Tul: siegħa u nofs

Post: Spazju Kreattiv – Studio B

Lingwa: Ingliż, Malti, Olandiż

Prezz: €5

Link tal-biljett


Masterclass with Kassia St Clair

Bħala parti mill-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta 2025, fit-28 ta’ Awwissu fl-4 pm, Kassia St Clair se tmexxi masterclass esklussiva. Din il-masterclass se tittella’ fi Spazju Kreattiv. Is-sessjoni, li ddum tliet sigħat u hija mfassla għal udjenza limitata, se tiffoka fuq il-kitba tal-istorja kulturali billi tuża l-kulur bħala s-suġġett ċentrali. Kassia St Clair, mir-Renju Unit, hija awtriċi u storika kulturali magħrufa sew b’mod partikolari għall-ktieb tagħha The Secret Lives of Colour, li jesplora l-istejjer affaxxinanti ta’ kuluri differenti matul l-istorja kulturali u soċjali. Il-masterclass immirata għal dawk kollha li jħobbu l-kitba (u l-kuluri). Matul il-masterclass jiġi offrut xi tinqir. Minħabba n-natura intima tal-masterclass u l-postijiet limitati, ir-reġistazzjoni bikrija hija ssuġġerita.

Data u ħin: Il-Ħamis 28 ta’ Awwissu fl-4pm

Tul: 3 sigħat

Post: Spazju Kreattiv – Studio A

Lingwa: Ingliż, Malti, Olandiż

Prezz: €50 (ġenerali), €25 (studenti)

Link tal-biljetti

This event has passed


Dates
Wednesday 20th August - Thursday 28th August 2025

 Castillo Screening + Panel Discussion

As part of the Malta Mediterranean Literature Festival 2025, the Maltese film Castillo will be screened on 20 August at 7.30 pm at Spazju Kreattiv Cinema. Supported by the National Book Council, the screening will be followed by a panel discussion led by writer and critic Teodor Reljić. Joining him are Simone Spiteri, renowned playwright and guest author at this year’s Festival; Mark Camilleri, chairperson of the National Book Council; and filmmaker Carlos Debattista. Castillo explores themes of identity and memory through a powerful narrative centred on family bonds and female relationships. Following the discussion, Clare Azzopardi, author of the novel that inspired the film, will be signing her books. The evening will close off with a casual drink, giving our audiences the opportunity to meet the speakers and continue the conversation in an informal setting.

Date and time: Wednesday 20th August at 7:30 pm

Duration: 2 hours 8 mins film + half an hour discussion + reception

Venue: Spazju Kreattiv Cinema

Language: Maltese (English subtitles)

Price: €5

Ticket link


All the Wor(l)d’s a Stage

As part of the Malta Mediterranean Literature Festival 2025, All the Word’s a Stage will take place on 26 August at 8 pm at Spazju Kreattiv. This event brings together performance, poetry, and playwriting to explore the power of the spoken and written word on stage. The featured guests of the event include Maltese playwright and actress Simone Spiteri, and Belgian poet and performer Maud Vanhauwaert, appearing as part of the Versopolis platform which supports emerging European poetic voices. Author and performer Keith Borg will lead the session, guiding the conversation on the convergences between literature, theatre, and live performance. The evening will feature readings and performances that highlight the impact of the spoken word. Our audiences will have the opportunity to purchase books by Simone Spiteri and will receive a free chapbook of Maud Vanhauwaert’s poems, translated by Clare Azzopardi and published by Inizjamed on behalf of Versopolis.

Date and time: Tuesday 26th August at 8 pm

Duration: 1.5 hours

Venue: Spazju Kreattiv – Studio B

Language: English, Maltese, Dutch

Price: €5

Ticket link


Masterclass with Kassia St Clair

As part of the Malta Mediterranean Literature Festival 2025, Kassia St Clair will lead an exclusive masterclass on 28 August at 4 pm at Spazju Kreattiv. Lasting three hours and designed for a limited audience, this session will focus on writing cultural history using colour as a central theme. Kassia St Clair is an acclaimed UK based author and cultural historian, best known for her bestselling book The Secret Lives of Colour, which explores the fascinating stories behind different colours throughout history. The masterclass is aimed at all those who have writing (and colours) at heart. Refreshments will be provided. Due to the nature of the masterclass and limited availability, early registration is highly recommended.

Date and time: Thursday 28th August at 4 pm

Duration: 3 hours

Venue: Spazju Kreattiv – Studio A

Language: English, Maltese, Dutch

Price: €50 (general), €25 (students)

Ticket link