
Methods of Making: A Century of Art and Education hija esebizzjoni li tikkommemora ċ-ċentinarju tal-Iskola tal-Arti ta’ Malta MAVC. Din tesplora r-relazzjoni li tevolvi bejn il-prattika artistika u l-pedagoġija matul seklu ta’ tagħlim ibbażat fl-istudji, esperimentazzjoni u produzzjoni kreattiva. Strutturata madwar tliet prinċipji prinċipali—l-Istampa, il-Pittura u l-Iskultura - il-wirja teżamina kif l-għarfien artistiku jiġi ġġenerat, trażmess u interpretat mill-ġdid kontinwament bejn il-ġenerazzjonijiet.
Billi tlaqqa’ dokumenti arkivjali, xogħlijiet tal-arti storiċi, prattika kontemporanja u xogħlijiet li għadhom kif ġew ikkummissjonati, il-wirja ssegwi l-evoluzzjoni tal-edukazzjoni fl-arti filwaqt li turi r-rilevanza dejjiema ta’ metodoloġiji bbażati fll-istudji fit-tiswir tal-kurżità artistika. Permezz tax-xogħol ta’ artisti-edukaturi ta’ influwenza, alumni, prattikanti attwali, u studenti, Methods of Making tiżvela l-istejjer interkonnessi ta’ apprendiment, tagħlim u produzzjoni artistika. Billi tenfasizza l-kreazzjoni kemm bħala proċess pedagoġiku kif ukoll bħala att kreattiv, l-esebizzjoni tippreżenta l-prattika artisitka bħala qafas ħaj għall-għarfien, l-esperimentazzjoni u l-kontinwità kulturali. Tenfasizza kif it-tradizzjonijiet edukattivi għadhom jispiraw l-innovazzjoni, iħeġġu l-involviment kritiku u jsostnu l-prattika artistika kontemporanja, u hekk jiġi affermat il-legat tal-Iskola tal-Arti ta’ Malta li baqa’ ħaj matul is-seklu li għadda.
Tim Kreattiv:
Dr Christian Attard kuratur
Bl-appoġġ ta’:
This project is in partnership with MAVC - Mikiel Anton Vassalli College and SOA - School of Art.
Methods of Making: A Century of Art and Education is an exhibition commemorating the MAVC Malta School of Art's centenary. It explores the evolving relationship between artistic practice and pedagogy through a century of studio-based teaching. The show examines how artistic knowledge is generated and transmitted across generations.
Bringing together archival documents, artworks, contemporary practice, the exhibition traces the evolution of art education while demonstrating the enduring relevance of studio-based methodologies in shaping artistic inquiry. Through the work of influential artist-educators, alumni, and students, Methods of Making reveals the interconnected context of art education. By foregrounding making as both a pedagogical process and a creative act, it presents artistic practice as a living framework for knowledge, experimentation, and cultural continuity. It highlights how educational traditions continue to inspire innovation, encourage critical engagement, and sustain contemporary artistic practice, affirming the Malta School of Art's lasting legacy over the past century.
Creative team:
Dr Christian Attard curator
Supported by:
This project is in partnership with MAVC - Mikiel Anton Vassalli College and SOA - School of Art.
September 15@7:00 pm - September 20@9:00 pm
September 16 - September 19
September 16 - September 19