Loading Events

Misophonia

Categories:

Dati
Il-Ħamis 27 ta' Novembru 2025 - Il-Ħadd 11 ta' Jannar 2026

TW: Dan il-proġett awdjoviżiv fih ħsejjes li jistgħu jkunu ta’ dwejjaq u/jew ta’ tgħakkis għal dawk b’sensittivitajiet uditorji.

Dan il-proġett awdjoviżiv huwa ispirat mill-misofonija, kundizzjoni newrokomportamentali kkaratterizzata minn reazzjonijiet emozzjonali intensi, bħall-irritazzjoni, id-disgust, jew ir-rabja, lejn ħsejjes speċifiċi ta’ kuljum.

Dawn jistgħu jinkludu il-magħad, it-teħid tan-nifs, ix-xamm, jew ħsejjes oħra li jidhru mondani li tipikament ma jindunawx bihom il-biċċa l-kbira tan-nies. Għal dawk bil-misofonija, dawn il-fatturi jistgħu jipprovokaw reazzjoni qawwija fight-or-flight, li twassal għal distress u ħtieġa urġenti li wieħed jaħrab.

Ix-xogħol għandu l-għan li jdaħħal lill-viżitaturi f’din l-esperjenza sensorja li spiss tiġi mifhuma ħażin billi joħloq pajsaġġ soniku skomdu apposta magħmul minn skattaturi komuni tal-misofonija. Dawn il-ħsejjes huma mqabbla ma’ animazzjoni b’media mħallta, li tamplifika l-intensità emozzjonali u psikoloġika tal-kundizzjoni.
Minflok ma jsegwi narrattiva konvenzjonali fi tliet atti, ix-xogħol huwa strutturat bħala vjaġġ vixxerali u emozzjonali, li jistieden lill-udjenza biex tgħix fil-perspettiva ta’ xi ħadd li jgħix bil-misofonija. Permezz ta' dan, il-proġett ifittex li jqajjem kuxjenza u jqanqal empatija billi jittraduċi taqbida interna f’laqgħa sensorjali kondiviża.


Avvenimenti Anċillari

Screening u Q&A

Data u Ħin: 27 ta' Novembru fis-6PM

Tul: siegħa

Post: Spazju Kreattiv Ċinema

Kelliema mistiedna: Violet Fellay, Yasmin Kuymizakis, u Michelle Gruppetta; Moderatur: Dr. Amy Camilleri Zahra

Inħeġġukom tingħaqdu għall-Tour tal-Artista ma' Michelle Gruppetta,  fl-esibizzjoni tagħha "Misophonia," fejn se taqsam l-esperjenza tagħha kif ħolqot dan il-proġett, kif għaqqdet l-animazzjoni 2D mal-istampar risografiku, l-inspirazzjonijiet tagħha, kif ukoll il-mod kif dan il-proġett jiddiskuti l-isfidi li tqajjem il-kundizzjoni medika tal-miżofonija u t-tniġġis tal-ħoss hawn Malta.

"Misophonia," hija l-ewwel esibizzjoni risografika li qed titella' f'Malta. Kemm jekk inti artist, dilettant, jew sempliċiment kurjuż dwar x'kien involut fit-tfassil u l-proċess ta' dan il-proġett, dan i-tour joffrilek ċans uniku biex tinvolvi ruħek u tiddiskuti.

Tours tal-Artisti

1. Data u Ħin: 10 ta' Diċembru, 2025 fis-7PM
Post: Atrium

Irreġistra Hawn

2. Data u Ħin: Il-Ħadd, 11 ta' Jannar 2026 fil-11AM
Post: Atrium

Irreġistra Hawn


Direttur Kreattiv, Disinjatur & Animatur
Michelle Gruppetta

Koordinatur tal-Proġett & Animatur
Violeta Fellay

Disinjatur tal-Ħoss
Yasmin Kuymizakis


Dan il-proġett huwa fi sħubija mal-Kunsill Malti tal-Arti (il-Fond tal-Iskema ta’ Appoġġ għall-Arti), huwa appoġġjat minn TvPaint u f’kollaborazzjoni ma’ ADHD Malta.

Dates
Thursday 27th November 2025 - Sunday 11th January 2026

TW: This audiovisual project contains sounds that could be upsetting and/or overwhelming to those with auditory sensitivities.

This audiovisual project is inspired by misophonia, a neurobehavioural condition marked by intense emotional reactions, such as irritation, disgust, or rage, toward specific everyday sounds. These may include chewing, breathing, sniffing, or other seemingly mundane noises that typically go unnoticed by most people. For those with misophonia, such triggers can provoke an overwhelming fight-or-flight response, leading to distress and an urgent need to escape.

The work aims to immerse the visitors in this commonly misunderstood sensory experience by creating a deliberately discomforting soundscape composed of common misophonia triggers. These sounds are paired with mixed-media animation, amplifying the emotional and psychological intensity of the condition.

Rather than following a conventional three-act narrative, the piece is structured as a visceral, emotional journey, inviting the audience to inhabit the perspective of someone living with misophonia. Through this, the project seeks to raise awareness and evoke empathy by translating an internal struggle into a shared sensory encounter.


Satellite Events

Screening and Q&A

Date and Time: Thursday, 27th November 2025 at 6PM

Duration: 1hr

Venue: Spazju Kreattiv Ċinema

Guest speakers: Violeta Fellay, Yasmin Kuymizakis, and Michelle Gruppetta; Moderator: Dr. Amy Camilleri Zahra

Artist's Tours

Join Michelle Gruppetta as she gives an Artist's Tour through her exhibition, "Misophonia," where she will share insights into the process behind animation and risograph printing, inspirations, and the ways in which this work engages with the struggles surrounding misophonia and noise pollution in Malta.
"Misophonia," is the first Risograph printing exhibition in Malta. Whether you’re an artist, enthusiast, or just curious about what went into the making of this project, this Artist's Tour offers a unique chance to engage and discuss.
1. Date and Time: 10th December, 2025 at 7PM
Venue: Atrium
2. Date and Time: Sunday, 11 January 2026 at 11AM
Venue: Atrium

Creative Director, Designer & Animator
Michelle Gruppetta

Project Coordinator & Animator
Violeta Fellay

Sound Designer
Yasmin Kuymizakis


This project is in partnership with Arts Council Malta (the Arts Support Scheme Fund), is supported by TvPaint and in collaboration with ADHD Malta.