
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)
Concession tickets include students, senior citizens and Special ID Holders (SID).
L-ewwel film ta' Pauline Loquès bħala direttriċi, li kellu l-premiere tiegħu fil-ġimgħa tal-Kritikai fil-Festival ta' Cannes, huwa ta’ ġieħ għall-aqwa żmien tal-French New Wave, b'referenza sottili għal Cléo de 5 à 7 ta' Agnès Varda. Théodore Pellerin, wieħed mill-aktar atturi żgħażagħ promettenti tal-mument, li rebaħ il-Louis Roederer Foundation Rising Star Award f'Cannes is-sena li għaddiet u l-premju César għall-Aħjar Attur Emerġenti din is-sena, jagħti interpretazzjoni profonda u sensittiva fil-karattru ta' Nino.
Nhar ta' Ġimgħa filgħodu, Nino jattendi appuntament mat-tabib, fejn jingħata aħbar li tbiddel ħajtu: għandu kanċer fil-gerżuma. It-trattament għandu jibda nhar it-Tnejn filgħodu, iżda hemm ċans kbir li dan iħallih infertili. Għalhekk, it-tabib jagħtih parir biex jikkunsidra jiffriża l-isperma tiegħu, f'każ li fil-futur jixtieq ikollu t-tfal.
Imħawwad bid-dijanjosi, lejlet id-29 sena tiegħu, u qatt ma kellu jaħseb qabel jekk riedx isir missier, Nino jitlaq mill-isptar konfuż u mingħajr ma jaf x'għandu jagħmel.
Meta b'kumbinazzjoni jiltaqa' ma' ħabib antik tal-iskola li jqajjem emozzjonijiet li kien ilu jżomm misturin, jibda vjaġġ ta' riflessjoni personali. Matul tmiem il-ġimgħa, jimxi fit-toroq ta' Pariġi u jkun imġiegħel jaffaċċja l-passat u l-preżent tiegħu, filwaqt li jerġa' jgħaqqad ir-relazzjonijiet mal-ħbieb, mal-familja u, fuq kollox, miegħu nnifsu.
Pauline Loquès’s remarkable debut feature, which premiered at Cannes Critics’ Week, is an ode to the heyday of French New Wave filmmaking, including a tip of the hat to Agnès Varda’s Cléo from 5 to 7. Théodore Pellerin, a rising talent who won the Louis Roederer Foundation Rising Star Award at Cannes last year and Best Male Revelation at this year’s César Awards, plays Nino with depth and nuance.
On a Friday morning, Nino attends a follow-up doctor’s appointment, where he is given some upsetting news that he has throat cancer. The treatment will start on Monday morning, but there is a high chance that it might leave him infertile, so the doctor tells him to consider freezing his sperm if there is a chance he might want children in the future. Shaken by the diagnosis – the day before his 29th birthday – and having never had to think about whether he wanted children before, an overwhelmed Nino leaves the hospital, not knowing what to do next.
When he randomly bumps into an old school friend, who shakes something within him, he embarks on a journey of introspection. Over the course of the weekend, he traverses the streets of Paris, forced to come to terms with his life – past and present – and to reconnect with friends, his family and himself.
September 12@5:00 pm
September 12@7:30 pm
September 13@5:00 pm