
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)
Concession tickets include students, senior citizens and Special ID Holders (SID).
Park Chan-wook (Oldboy, The Handmaiden) jidderieġi din il-kummiedja skura/thriller li hi rebbieħa ta’ bosta premjijiet. Man-su (Lee Byung-hun), speċjalista fil-manifattura tal-karta b’25 sena esperjenza, huwa tant sodisfatt b’ħajtu li jista’ b’mod onest jgħid lilu nnifsu: “Għandi kollox.”Filwaqt li jqatta’ l-jiem tiegħu ferħan ma’ martu Miri (Son Ye-jin), iż-żewġt uliedhom u ż-żewġ klieb tagħhom, Man-su f’daqqa waħda jiġi infurmat mill-kumpanija li ġie mkeċċi mix-xogħol.
“Jiddispjaċina. M’għandniex għażla oħra.”
Ixxukkjat, bħallikieku rasu nqatgħet b’mannara, Man-su jwegħed li jsib xogħol ġdid fi żmien tliet xhur, għall-ġid tal-familja tiegħu. Minkejja r-riżoluzzjoni soda tiegħu li jdawwar ħajtu għal aħjar, Man-su jqatta’ aktar minn sena jdur minn intervista għal oħra u jaħdem f’ħanut tal-merċa. Eventwalment isib ruħu fil-periklu li jitlef id-dar stess li tant tħabat biex jixtri.
Iddisprat, iżur lil Moon Paper bla ma jħabbar u jipprova jagħti s-CV tiegħu, iżda jispiċċa biss umiljat mill-kap tal-linja Choi Sun-chul (Park Hee-soon). Man-su jaf li huwa aktar kwalifikat minn kulħadd biex jaħdem ma’ Moon Paper, u għalhekk jieħu deċiżjoni partikolari.
“Jekk m’hemmx post vakanti għalija, ikolli naħdem biex noħloq post vakanti.”
Park Chan-wook (Oldboy, The Handmaiden) directs this Award winning dark comedy/thriller. Man-su (Lee Byung Hun), a specialist in paper manufacturing with 25 years of experience, is so satisfied with life that he can truthfully tell himself, “I’ve got it all.” While happily passing his days with his wife Miri (Son Yejin), their two children and two dogs, Man-su is suddenly informed by his company that he has been fired.
“We’re sorry. We have no other choice.” Feeling shocked as if his head had been cut off by an ax, Man-su vows to find himself a new job within the next three months for the sake of his family. Despite his firm resolve to turn his life around, Man-su spends over a year drifting from one job interview after another, and working at a retail store. He eventually finds himself in danger of losing the very house that he struggled so hard to buy. Desperate, he visits Moon Paper out of the blue and tries to hand over his CV, but he just ends up getting humiliated by line manager Choi Sun-chul (Park Hee Soon). Man-su knows he is better qualified than anyone to work at Moon Paper, so he comes to a certain decision. “If there is no opening for me, I’ll just have to get hired by creating an opening.”March 17@7:30 pm
March 18@4:00 pm
March 18@7:00 pm