Dan l-avveniment għadda
Dati
Il-Ħamis 28 ta' Mejju - Il-Ħadd 28 ta' Ġunju 2026
Kemm jekk għas-sbuħija estetika tagħhom jew għall-użu prattiku tagħhom, il-prodotti artiġjanali ilhom parti integrali mill-ħajja tagħna ta’ kuljum minn żmien immemorabbli, u saru profondament msejsa fil-kultura, il-wirt u t-tradizzjonijiet lokali tagħna matul is-sekli.
Bħala parti mir-rwol tagħha li tqajjem kuxjenza u ssaħħaħ l-apprezzament tal-artiġjanat lokali, u b’hekk tikkontribwixxi għall-qawmien mill-ġdid, il-preservazzjoni u s-sostenibbiltà fit-tul tal-ħiliet artiġjanali fil-gżejjer Maltin, il-Fondazzjoni għall-Artiġjanat Malti torganizza l-Premju Ġieħ l-Artiġjanat Malti.
L-inizjattiva, li ssir fuq bażi annwali, tirrikonoxxi l-eċċellenza fl-artiġjanat, l-ideat innovattivi għall-prodotti, u l-kontribuzzjonijiet ewlenin lis-settur artiġjanali lokali fix-xhur ta’ qabel. Il-premjijiet huma maqsuma fi tliet kategoriji ewlenin, li kollha jintwerew fil-Wirja annwali tal-Artiġjanat—kemm il-wirja fiżika ta’ prodotti artiġjanali, preżentazzjonijiet diġitali ta’ proġetti li għadhom fl-istadju ta’ proposta, jew rikonoxximenti mogħtija lill-artiġjani.
Dan il-proġett huwa fi sħubija mal-
Malta Crafts Foundation
Bl-appoġġ ta’:
Social media
This event has passed
Dates
Thursday 28th May - Sunday 28th June 2026
Whether for their aesthetic beauty or for their practical use, artisanal products have been an integral part of our daily lives since time immemorial, becoming deeply rooted in our local culture, heritage, and traditions throughout the centuries.
As part of its role to raise awareness and enhance the appreciation of local crafts, thereby contributing to the revival, preservation, and long-term sustainability of artisan skills in the Maltese islands, the
Malta Crafts Foundation organises the Premju Ġieħ l-Artiġjanat Malti.
Held on an annual basis, the initiative recognises the excellence in craftsmanship, innovative product ideas, and key contributions to the local artisan sector in the preceding months. The awards are divided into three main categories, all of which are showcased at the annual Artisan Exhibition—whether the physical display of artisanal products, digital presentations of projects still at the proposal stage, or recognitions granted to artisans.
This project is in partnership with
Malta Crafts Foundation
Supported by:
Social media