
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)
Concession tickets include students, senior citizens and Special ID Holders (SID).
B’Juliette Binoche, Tom Courtenay u Anna Calder-Marshall bħala protagonisti, Queen at Sea kellu l-premiere dinjija tiegħu waqt kompetizzjoni fil-Festival Internazzjonali tal-Films ta’ Berlin aktar kmieni din is-sena, fejn rebaħ kemm is-Silver Bear Jury Prize kif ukoll is-Silver Bear Award għall-Aqwa Prestazzjoni f’Rwol Sekondarju, mgħoti lil Courtenay u Calder-Marshall.
Il-film isegwi lil Amanda (Binoche) u l-istepfather tagħha, Martin (Courtenay), li jsibu ruħhom f’kunflitt dwar dilemma morali li tinvolvi lil omm Amanda, Leslie (Calder-Marshall). Fi stadju avvanzat tad-dimensja, huma jargumentaw dwar jekk Leslie tilfitx kull kapaċità li tieħu deċiżjonijiet importanti fl-aħjar interess tagħha stess, u, jekk iva, min għandu r-responsabbiltà li jagħmel din id-determinazzjoni, il-konjuġi, l-ulied jew l-istituzzjoni?
Hekk kif Amanda u Martin jiġu mġiegħla jieħdu deċiżjonijiet dejjem aktar diffiċli, il-konsegwenzi tagħhom jibdew jeskalaw u joħorġu dejjem aktar minn taħt il-kontroll tagħhom.
Starring Juliette Binoche, Tom Courtenay and Anna Calder-Marshall, Queen at Sea received its world premiere in competition at the Berlin International Film Festival earlier this year, where it won both the Silver Bear Jury Prize and the Silver Bear for Best Supporting Performance for both Courtenay and Calder-Marshall.
The film follows Amanda (Binoche) and her stepfather, Martin (Courtney), at odds over a moral quandary involving Amanda’s mother, Leslie (Calder-Marshall). In the advanced stages of dementia, they quarrel over whether Leslie has lost all ability to make critical decisions in her own best interests, and, if so, who is responsible – a spouse, a child, an institution – for making such a determination? As Amanda and Martin are forced to make increasingly difficult choices, the repercussions spiral out of their control.
October 8@7:30 pm
October 9@7:30 pm
October 10@4:00 pm