
Thanks to Jane hija tribut viżwali u soniku għar-reżistenza, il-kura, u r-rivoluzzjoni silenzjuża.
Permezz ta’ ritratti suwed u bojod f’format medju, projezzjonijiet ta' vidjos, u ħsejjes stratifikati, din il-wirja individwali tagħti ġieħ lill-Jane Collective, grupp ta’ nisa li rriskjaw kollox biex jipprovdu edukazzjoni, konsulenza, u aborti sikuri meta s-sistema tagħhom kienet toffri biss silenzju jew mistħija.
Thanks to Jane mhijiex biss riflessjoni dwar il-passat iżda tagħmel ukoll paralleliżmu mal-preżent, billi tikkummenta dwar il-pożizzjoni attwali ta’ Malta fir-rigward tad-drittijiet riproduttivi, fejn l-għażla tan-nisa għadha mhix solvuta. Fi żmien meta l-kontroll tat-twelid kien jeħtieġ il-permess tar-raġel u ħafna nisa mietu minn proċeduri mhux sikuri jew rimedji ddisprati, Thanks to Jane tagħti ġieħ lin-nisa li sfidaw l-oppressjoni sistemika. Hija tfakkar fil-labar tal-innittjar, l-indirizzi mgħotija minn taħt l-ilsien, in-networks klandestini mmexxija mill-istudenti, u tistaqsi: x’inbidel verament?
Discussion
L-Erbgħa 18 ta’ Marzu 2026 fis-6:30 PM
Post
Studio B
Kelliema
Antonella Bugeja, Rachelle Bezzina and Belle De Jong.
Din id-diskussjoni miftuħa tistieden lill-pubbliku biex jinvolvi ruħu mat-temi mqajma f'Thanks to Jane.
L-artista se tkun akkumpanjata minn tliet rappreżentanti minn Young Progressive Beings għal konverżazzjoni li tesplora l-abort, il-fehim pubbliku u l-esperjenza tal-ħajja f'Malta. Is-sessjoni għandha l-għan li toħloq spazju rispettuż fejn dawk li jattendu jistgħu jistaqsu mistoqsijiet, jaqsmu perspettivi jew jisimgħu. Minflok dibattitu, id-diskussjoni hija strutturata bħala skambju, li jirrikonoxxi li s-suġġett huwa ffurmat mil-liġi, l-etika, it-twemmin personali u l-kuntest soċjali.
Billi jestendi l-wirja fi djalogu, l-avveniment jirrikonoxxi li l-konverżazzjonijiet dwar id-drittijiet riproduttivi ħafna drabi jibqgħu privati. Il-lejla toffri opportunità biex wieħed jitkellem, jirrifletti u jikkunsidra perspettivi differenti f'ambjent kondiviż.
Artista Charlotte Adams
Kuratur Demi Conrad
Thanks to Jane is a visual and sonic tribute to resistance, care, and quiet revolution.
Through black and white medium-format portraits, video projection, and layered sound, this solo exhibition honours the Jane Collective, a group of women who risked everything to provide education, counselling, and safe abortions when their system offered only silence or shame.
Thanks to Jane is not only a reflection of the past but also draws a parallel to the present, commenting on Malta’s current stance on reproductive rights, where women’s choice remains unresolved. At a time when birth control required a husband’s permission and many women died from unsafe procedures or desperate remedies, Thanks to Jane honours the women who defied systemic oppression. It remembers the knitting needles, the whispered addresses, the student-led underground networks, and asks: what has really changed?
Discussion
Wednesday 18th March 2026 at 6:30 PM
Venue
Studio B
Speakers
Antonella Bugeja, Rachelle Bezzina and Belle De Jong.
This open discussion invites the public to engage with the themes raised in Thanks to Jane.
The artist will be joined by three representatives from Young Progressive Beings for a conversation exploring abortion, public understanding and lived experience in Malta. The session aims to create a respectful space where attendees may ask questions, share perspectives or listen. Rather than a debate, the discussion is structured as an exchange, acknowledging that the subject is shaped by law, ethics, personal belief and social context.
By extending the exhibition into dialogue, the event recognises that conversations around reproductive rights often remain private. The evening offers an opportunity to speak, reflect and consider differing viewpoints within a shared setting.
Artist Charlotte Adams
Curator Demi Conrad
September 15@7:00 pm - September 20@9:00 pm
September 16 - September 19
September 16 - September 19