Loading Events
Artwork for The Adventures of Prince Achmed live-score screening by Renzo Spiteri

The Adventures of Prince Achmed (1926) – Centenary Screening with a Live Score by Renzo Spiteri

PG
65mins
German intertitles with English subtitles / Silent
€18 | €15

Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Concession tickets include students, senior citizens and Special ID Holders (SID).

Categories:

Dati
It-Tlieta, 8 ta' Diċembru 2026, Mill-18:00 sal-19:05

B’ċelebrazzjoni tal-100 anniversarju ta’ The Adventures of Prince Achmed (1926) ta’ Lotte Reiniger, Spazju Kreattiv jippreżenta wirja speċjali ta’ dan il-film straordinarju, meqjus bħala punt ta’ riferiment fl-istorja tal-animazzjoni, akkumpanjat minn akkumpanjament mużikali live ġdid ikkummissjonat apposta għall-okkażjoni mill-perkussjonist, artist u kompożitur Malti Renzo Spiteri.

Meqjus b’mod wiesa’ bħala l-eqdem film animat ta’ tul sħiħ li għadu jeżisti fl-istorja taċ-ċinema, The Adventures of Prince Achmed huwa kapolavur tal-animazzjoni bis-siluwetti. Ispirat minn stejjer ta’ One Thousand and One Nights, il-film inħoloq kollu kemm hu permezz ta’ siluwetti tal-karta maqtugħin b’mod fin. Dan iwassal lill-udjenza f’dinja fantastika mimlija żwiemel li jtiru, pajsaġġi msaħħrin, maġija, demonji, rumanz u avventura.

Mitt sena wara, il-film għadu jżomm il-qawwa straordinarja tiegħu. Is-siluwetti delikati, il-pajsaġġi elaborati u l-moviment ipnotiku joħolqu dinja viżiva li tinsab xi mkien bejn it-teatru, l-animazzjoni u l-ħolma.

Għal din il-preżentazzjoni, Renzo Spiteri jirrispondi għad-dinja viżiva kumplessa ta’ Reiniger permezz ta’ arrangement mużikali live għall-perkussjoni u l-elettronika. Din il-kompożizzjoni ġdida tkompli l-esplorazzjoni li Spiteri ilu jwettaq għal bosta snin tar-relazzjoni bejn il-ħoss u l-immaġni, filwaqt li ġġib perspettiva kontemporanja Maltija għal wieħed mill-aktar kapolavuri tal-animazzjoni fl-istorja taċ-ċinema.

Dates
Tuesday, 8th December, 2026, From 6:00pm to 7:05pm

Celebrating 100 years of Lotte Reiniger’s groundbreaking The Adventures of Prince Achmed (1926), Spazju Kreattiv presents a special screening of this extraordinary landmark of animation accompanied by a newly commissioned live score by Maltese percussionist, sound artist and composer Renzo Spiteri.

Widely regarded as the earliest surviving feature-length animated film in the history of cinema, The Adventures of Prince Achmed is a masterpiece of silhouette animation. Drawing on stories from One Thousand and One Nights, and created entirely from intricate cut-out paper silhouettes and pioneering animation techniques, the film transports audiences into a fantastical world of flying horses, enchanted landscapes, sorcery, demons, romance and adventure.

A century later, the film retains its extraordinary power. Its delicate silhouettes, elaborate landscapes and hypnotic movement create a visual world that exists somewhere between theatre, animation and dream.

For this presentation, Renzo Spiteri responds to Reiniger’s intricate visual world through a live score for percussion and electronics. This new work continues Spiteri’s longstanding exploration of sound and image, bringing a contemporary Maltese perspective to one of cinema’s most enduring animated masterpieces.