
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)
Concession tickets include students, senior citizens and Special ID Holders (SID).
Ewan McGregor jinterpreta lil Mark Renton, l-aktar membru li juża moħħu fost grupp li jinkludi wkoll lil Sick Boy (Jonny Lee Miller), bniedem kompulsiv u li jħobb in-nisa, u lil Spud (Ewen Bremner), żagħżugħ sfortunat u goff.
L-użu tad-droga joħloq problemi lil Renton, Spud u Sick Boy fejn kultant jirritaw lill-ħabib tagħhom, Begbie (Robert Carlyle), psikopata imprevedibbli li l-isplużjonijiet frekwenti ta’ vjolenza tiegħu huma fost il-ħafna raġunijiet li jikkonvinċu lil Renton jitlaq lejn Londra bit-tama li jibda ħajja ġdida.
F’Londra, Renton jirnexxilu jibni ħajja differenti għalih innifsu u jsib xogħol bħala aġent tal-proprjetà. Iżda ma jgħaddix ħafna żmien qabel ma l-ħbieb tiegħu minn Edinburgh jerġgħu jidħlu f’ħajtu. Begbie u sħabu għandhom bżonn il-flus li Renton irnexxielu jiffranka mix-xogħol tiegħu biex jiffinanzjaw ftehim tad-droga li jista’ jagħmilhom sinjuri kollha...
Danny Boyle directs this adaptation of Irvine Welsh's novel about a group of young Edinburgh heroin addicts.
Ewan McGregor stars as Mark Renton, the most reflective member of a group that also includes the compulsive womaniser, Sick Boy (Jonny Lee Miller), and the hapless Spud (Ewen Bremner). Renton, Spud and Sick Boy's issues with drugs alternatively irritate and amuse their friend, Begbie (Robert Carlyle), a periodic psychopath whose outbursts of violence are one of the many factors that convince Renton to leave for London in the hope of starting a new life. Renton enjoys some success remoulding himself as an estate agent in the English capital, but it isn't long before his Edinburgh friends catch up with him. Begbie and co. need the money Renton has saved from his job to finance the drug deal that could make them all rich...
September 12@5:00 pm
September 12@7:30 pm
September 13@5:00 pm