
Ingħaqdu magħna biex niċċelebraw il-25 sena mit-twaqqif ta’ Inizjamed permezz ta’ ktieb ġdid ta’ esejs megħjun mill-Fond Malti tal-Ktieb.
Data: 6 ta' Jannar 2026
Ħin: 7:30-9pm
Post: Studio B
25 sena mfawra bi kliem, kitbiet, traduzzjonijiet, festivals, kollaborazzjonijiet, lingwi, mużika, imma fuq kollox relazzjonijiet. Awturi minn Malta u minn kull rokna tad-dinja poġġew flimkien u ddiskutew xogħolhom, daħqu u bkew, imma fuq kollox kitbu. Persuni li kienu jew għadhom involuti f’din l-għaqda volontarja jagħtuna togħma tal-esperjenzi varji fi ħdan Inizjamed. Japprofondixxu l-Istorja fl-istadji differenti tagħha: il-memorja, is-silenzju, l-antoloġizzar, l-attiviżmu, u fuq kollox il-qawwa tal-kelma. Dan kollu jissaħħaħ b’esperjenzi qosra ta’ nies li daqu ’l Inizjamed minn angoli differenti.
Narawkom hemm.
Tim Kreattiv
Leanne Ellul - Direttur Artistiku ta' Inizjamed
Jean Paul Borg - Koordinatur ta' Inizjamed
Keith Borg - Editur
Imsieħba u Kollaboraturi
Spazju Kreattiv
National Book Council through the Malta Book Fund
Join us in celebrating the 25th anniversary of the founding of Inizjamed with the publication of new book of essays supported by the Malta Book Fund.
Date: 6th January 2026
Time: 7:30-9pm
Venue: Studio B
Twenty-five years brimming with words, writings, translations, festivals, collaborations, languages, music — but above all, relationships. Authors from Malta and every corner of the world came together to discuss their work, to laugh and to cry, but above all, to write. People who were, or still are, involved in this voluntary organisation give us a taste of the various experiences within Inizjamed. They delve into its history at its different stages: memory, silence, anthologising, activism, and above all, the power of the word. This is enriched by short reflections from people who experienced Inizjamed from different angles.
See you there.
Creative Team
Leanne Ellul - Inizjamed's Artistic Director
Jean Paul Borg - Inizjamed's Coordinator
Keith Borg - Editor
Partners & Collaborators
Spazju Kreattiv
National Book Council through the Malta Book Fund
November 6, 2026 - January 3, 2027
November 26, 2026 - January 10, 2027
December 4 - December 6