Loading Events

Wombs on Strike – Interdisciplinary exploratory artistic research leading to a proof of concept

NA
1 hour 30 minutes
English & Maltese
Free | Free

Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Concession tickets include students, senior citizens and Special ID Holders (SID).

Categories:

Dan l-avveniment għadda


Dati
Il-Ħamis, 24 ta' Settembru 2026, Mill-19:00 sal-20:30

Imsejjes fuq livell soċjali, Wombs on Strike huwa proġett ta’ riċerka artistika interdixxiplinari, li jiġbor, janalizza, u jaqsam l-esperjenzi tal-ħajja ta’ nisa f’Malta u Għawdex li jagħżlu li ma jkollhomx tfal. Din ir-riċerka hija mfassla madwar id-drittijiet tan-nisa u għandha l-għan li tagħti valur u viżibbiltà lill-għażla tal-ħajja mingħajr tfal, bħala espressjoni valida u sodisfaċenti ta’ kif mara tista’ tesprimi lilha nfisha. B’hekk, l-inizjattiva tisfida u tirreżisti l-isterjotip kulturali mifrux li jidentifika n-nisa esklussivament bħala ommijiet.

Wara sena ta’ riċerka intensiva, il-membri tat-tim tal-proġett se jkunu qed jieħdu sehem f’taħdita flimkien mal-Women’s Rights Foundation biex jiddiskutu l-proċess u jaqsmu s-sejbiet ewlenin tar-riċerka. Matul din id-diskussjoni, grupp ta’ performers se jkunu qed jippreżentaw ukoll siltiet qosra mill-esperimenti ta’ interpretazzjoni kreattiva li jagħtu l-ħajja lil uħud mill-istejjer diversi li nġabru. Dawn l-esperimenti kreattivi se jiġu ppreżentati bħala xogħol li għadu qed jiġi żviluppat, u b’hekk jagħtu idea ta’ kif ix-xogħol jista’ jkompli jevolvi lejn produzzjoni interdixxiplinari fil-futur.

Id-dħul huwa b’xejn, madankollu, dawk interessati huma meħtieġa jirreġistraw.

Ikklikkja hawn biex tirreġistra

Għal kwalunkwe mistoqsija, jekk jogħġbok ċempel jew ibgħat messaġġ fuq +356 79213925 jew ibgħat email lil [email protected].

Tim Kreattiv: Direttur Artistiku u Kittieb: Kristina Borg Drammaturgu: Erica Muscat Direttur tal-Moviment: Deborah Falzon Artist tal-Ħoss: Yasmin Kuymizakis Ko-Riċerkaturi: Virginia Monteforte, Roberta Scerri

B’Kollaborazzjoni ma’: Women’s Rights Foundation, Il-Kollettiv

Bl-appoġġ ta’: Arts Council Malta, Mediterranean Women’s Fund

Ritratt minn Virginia Monteforte

This event has passed


Dates
Thursday, 24th September, 2026, From 7:00pm to 8:30pm

Wombs on Strike is an interdisciplinary and socially embedded artistic research that collects, analyses, and shares the lived experiences of women based in Malta and Gozo who choose not to have children. Framed around a women’s rights-based approach, the research aims to honour and render visible the no-child life choice as a valid, fulfilling expression of womanhood. In doing so, it directly resists and challenges the pervasive cultural stereotype that equates womanhood strictly with motherhood.

After a year of intensive research, the project team members will be engaging in conversation with the Women’s Rights Foundation to discuss the process and share the key findings. Throughout this discussion, a team of performers will be also sharing teasers of the creative interpretation experiments that bring to life some of the diverse collected stories. These creative experiments will be presented as a work-in-progress, giving an idea of how the work might continue developing towards an interdisciplinary production in the future.

Attendance is free of charge, however, registration is required.

Click here to register

For any questions, please contact +356 79213925 or email [email protected].

Creative team: Artistic Director & Writer: Kristina Borg Dramaturg: Erica Muscat Movement Director: Deborah Falzon Sound Artist: Yasmin Kuymizakis Co-Researchers: Virginia Monteforte, Roberta Scerri

In Collaboration with: Women’s Rights Foundation, Il-Kollettiv

Supported by: Arts Council Malta, Mediterranean Women’s Fund

Photo by Virginia Monteforte