Fil-Friġġ wara t-Tadam

Spazju A Spazju Kreattiv Pjazza Kastilja,, Valletta, Valletta, Malta

Fil-Friġġ wara t-Tadam hija l-ewwel wirja individwali ta’ Lorella Castillo. Permezz ta’ ritratti umoristiċi u settijiet skulturali żgħar, hija tbiddel il-qwiel Maltin ta’ kuljum f’affarijiet li nistgħu naraw u mmissu. 

Thanks to Jane

Lejn L-Atriju Spazju Kreattiv Pjazza Kastilja,, Valletta, Valletta, Malta

Thanks to Jane hija tribut viżwali u soniku għar-reżistenza, il-kura, u r-rivoluzzjoni silenzjuża. Permezz ta’ ritratti suwed u bojod f’format medju, projezzjonijiet ta' vidjos, u ħsejjes stratifikati, din il-wirja individwali tagħti ġieħ lill-Jane Collective, grupp ta’ nisa li rriskjaw kollox biex jipprovdu edukazzjoni, konsulenza, u aborti sikuri meta s-sistema tagħhom kienet toffri biss silenzju jew mistħija.

For Want of (not) Measuring

Spazju Ċ Spazju Kreattiv Pjazza Kastilja,, Valletta, Valletta, Malta

For Want of (not) Measuring hija wirja eklettika li tinvestiga r-rwol tal-kejl fl-arti u kif nipperċepixxu d-dinja ta’ madwarna. Hija tiġbor flimkien grupp ta’ artisti lokali u internazzjonali biex jesploraw l-użu problematiku u poetiku tas-sistemi u l-kejl.

A Few Rules for Predicting the Future

Spazju A Spazju Kreattiv Pjazza Kastilja,, Valletta, Valletta, Malta

Kif nistgħu nittraversaw il-kunċetti ta' dak li mhux magħruf? L-esej A Few Rules for Predicting the Future tal-awtriċi tal-Afrofuturiżmu Octavia E. Butler jibbaża ruħu fuq dak li nistgħu u ma nistgħux inkunu nafu biex nimmaġinaw il-futur/i.

Art Will Wake the Dead – Celebrating 25 Years of Spazju Kreattiv: Nurturing Legacy Through Art

Spazju Kreattiv

F’dawn l-aħħar snin, Spazju Kreattiv wettaq xogħol arkivjali sinifikanti fuq il-kollezzjoni permanenti tal-arti tiegħu, li rriżulta f’dokumentazzjoni u preservazzjoni bir-reqqa. Din l-inizjattiva wasslet għal sensiela ta’ wirjiet li juru kemm in-natura tax-xogħlijiet kif ukoll l-approċċ li qed jevolvi tal-organizzazzjoni għall-akkwist tal-arti. Permezz ta’ dan l-istudju dettaljat, ġie żviluppat ukoll arkivju diġitali tal-kollezzjoni li sar aċċessibbli għall-pubbliku.

LEGACY – Celebrating 25 Years of Spazju Kreattiv: Nurturing Legacy Through Art

Spazju Kreattiv

April 1942: Malta tinsab taħt wieħed mill-aktar bombardament qawwi tat-Tieni Gwerra Dinjija. Il-piż ta’ dan il-passat mhuwiex limitat għall-mużewijiet jew monumenti, sal-lum jinsab preżenti fit-toroq u fl-arkitettura mmarkata bix-xrapnel, evidenti fil-ħajja ta’ kuljum. Ir-reżiljenza, ir-riżorsi u s-solidarjetà tan-nies ordinarji li ffaċċjaw diffikultajiet u terruri, saru ġustament parti min-narrattiva nazzjonali u sors ta’ kburija nazzjonali.

Firmament

Spazju Ċ Spazju Kreattiv Pjazza Kastilja,, Valletta, Valletta, Malta

Firmament hija wirja individwali mill-artist viżiv u l-awtur Ryan Falzon. It-terminu “firmament” tradizzjonalment jirreferi għas-sema jew il-volta tas-sema, maħsuba fil-kożmoloġija antika u t-testi bibliċi bħala koppla solida li tfisser il-konfini bejn dak li huwa tad-dinja u d-divin.

FEĠĠ x ARTI Assemblies of Becoming: Soft Infrastructures

Spazju A Spazju Kreattiv Pjazza Kastilja,, Valletta, Valletta, Malta

L-edizzjoni tal-2025-2026 se tissawwar permezz ta’ qafas kunċettwali bit-titolu “FEĠĠ x Arti Assemblies of Becoming: Soft Infrastructures”. Din se tistieden artisti emerġenti jesploraw l-idea ta’ infrastrutturi immaterjali: l-istrutturi informali, fraġli jew inviżibbli li jsostnuna.

Premju Ġieħ l-Artiġjanat Malti – Artisan Exhibition

Atriju & Lejn l-Atriju Spazju Kreattiv Pjazza Kastilja,, Valletta, Valletta, Malta

Kemm jekk għas-sbuħija estetika tagħhom jew għall-użu prattiku tagħhom, il-prodotti artiġjanali ilhom parti integrali mill-ħajja tagħna ta’ kuljum minn żmien immemorabbli, u saru profondament msejsa fil-kultura, il-wirt u t-tradizzjonijiet lokali tagħna matul is-sekli.

MCAST ICA Festival 2026

Multiple Venues , Malta

L-10 edizzjoni tal-Festival ICA tal-MCAST tiċċelebra l-kisbiet kreattivi ta’ studenti b’talent minn tnax-il kors tal-Baċellerat fl-Arti (Unuri) fl-Istitut tal-Arti Kreattiva tal-MCAST fil-Mosta.