Malta Cafe Scientifique – Fresh water under the sea: A surprising discovery beneath the ocean floor

Studio B Spazju Kreattiv Pjazza Kastilja,, Valletta, Valletta, Malta

Hekk kif id-domanda globali għall-ilma frisk intensifikat fl-aħħar snin, speċjalment f’reġjuni kostali li huma vulnerabbli għat-tibdil fil- klima, saret neċessità li niskopru riżorsi nkonvenzjonali biex nippreservaw l-ilma tagħna. Waħda fost l-aktar riżorsi prominenti li spiss tintesa tinsab f’qiegħ il-baħar stess: dik li tissejjaħ ‘offshore freshened groundwater’ (OFG).

Malta Cafe Scientifique – Energy from wind and sea: A new way to store and capture power

Studio B Spazju Kreattiv Pjazza Kastilja,, Valletta, Valletta, Malta

Hekk kif it-tranżizzjoni globali lejn enerġija nadifa taċċelera ruħha, is-settur tal-enerġija rinnovabbli mir-riħ fuq il-baħar tiffaċċja żewġ sfidi: kif timmassimiżża l-effiċċjenza tal-parks eoliċi u tassigura l-ħżin tal-enerġija b’mod kredibbli. Żewġ proġetti magħrufin fi ħdan l-Università ta’ Malta, ParaWIND u StoreWind@SEA, qed jesploraw soluzzjonijiet innovattivi ‘ fuq kif ukoll taħt il-wiċċ tal-baħar.

ArtsAbility: An Inclusive Arts Platform

Spazju A Spazju Kreattiv Pjazza Kastilja,, Valletta, Valletta, Malta

Għal dawn l-aħħar għaxar snin, l-Assoċjazzjoni Opening Doors immarkat il-Jum Internazzjonali tal-Persuni b'Diżabilità (3 ta' Diċembru) bi tmiem il-ġimgħa li jiċċelebra l-kreattività u t-tmexxija ta' artisti b'diżabilità intellettwali. Dak li beda fl-2015 bħala pjattaforma għall-viżibilità u l-prestazzjoni evolva fi spazju għall-esplorazzjoni artistika, it-tagħlim, u kollaborazzjoni — laboratorju kreattiv fejn l-inklużjoni tingħix, mhux tiġi diskussa.

DJALOGI

Spazju B Spazju Kreattiv Pjazza Kastilja,, Valletta, Valletta, Malta

DJALOGI hija sensiela ta’ inkontri ma’ kittieba varji, uħud emerġenti, uħud iżjed stabbiliti. Permezz ta’ dawn il-waqtiet, Inizjamed flimkien ma’ Spazju Kreattiv, qed tesponi varjetà wiesgħa ta’ kitbiet mberrħa f’kotba jew maħżuna fi mkejjen oħra. Din is-sensiela għandha l-għan li tagħti l-piż lill-kelma li drabi oħrajn ma jingħatax. F’temp ta’ siegħa, il-kliem se jitberraħ u jinħabb, se jintraqam u jitfellel, se jintniseġ u jitrakkma. Id-DJALOGI tessut: kull skambju ħajta waħda f’nisġa twila ppreżentata f’sensiela ta’ intervista u qarja kull xahar.

Il-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta

Spazju Kreattiv

Il-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta' Malta huwa appuntament annwali li jgħaqqad flimkien kittieba u tradutturi minn Malta, mill-Mediterran u lil hinn. Jesebixxi l-ħsieb u l-kitba kontemporanja, filwaqt li jippromwovi l-interazzjoni bejn il-lingwi, il-ġeneri, u l-ġografiji, u jfittex li jiġu diskussi wħud mill-kwistjonijiet ewlenin ta' żmienna.

IKKREA

Spazju Kreattiv

With Spazju Kreattiv continuing its open approach to programming and collaborations, the call for participation in the Spazju Kreattiv programme is a key tool for artists and creatives to approach the programme’s team.