Skeċċ – Il-Festival Nazzjonali tad-Drammi Qosra
Ċelebrazzjoni vibranti ta’ teatru innovattiv u divers, li se ssir fl-4, il-5, u s-6 ta’ Ġunju 2026.
Issa fit-tieni edizzjoni tiegħu, dan il-festival dinamiku jippreżenta drammi qosra oriġinali u mhux prodotti qabel, ta' bejn 10 u 20 minuta 'l wieħed, irreċtati bil-Malti jew bl-Ingliż. Ix-xogħlijiet magħżula jesploraw temi kontemporanji u d-diversità kulturali, u se jintwerew diversi drabi matul tlett ijiem eċċitanti f’firxa ta’ postijiet fi ħdan Spazju Kreattiv.