Improvizza

Spazju Kreattiv

Improvizza! huwa festival biennali ta’ teatru improvizzat ibbażat f’Malta, imwaqqaf fl-2022. Organizzat ġewwa Spazju Kreattiv, il-festival jiġbor flimkien improvizzaturi lokali u internazzjonali għal erbat ijiem ta’ spettakli, workshops u esperjenzi kreattivi.

Brains in Progress / Bodies in Process

Studio A

Proġett kollaborattiv li fih seba’ artisti jesploraw l-esperjenzi kondiviżi u differenti tal-ħajja bħala persuni queer u newrodiverġenti fis-soċjetà tal-lum. Li ngħixu l-ħajja waqt li inevitabbilment nirrifjutaw il-pressjonijiet tas-soċjetà fil-modi kif nipproċessaw l-informazzjoni u kif niffunzjonaw f’moħħna u f’ġisimna tana l-perspettivi li nħossu li għandna nesprimu.

Il-Kelma li ma Tgħidx

Teatru

Meta Liam Falzon, student tal-mużika ta’ 16-il sena, isir vittma ta’ fastidju sesswali, il-każ jasal fuq l-iskrivanija ta’ Rose Darmanin, spettur tal-pulizija determinata li tara li tingħata ġustizzja. Hekk kif l-investigazzjoni tavvanza u l-kobbla mħabbla tibda tinħall, kull biċċa li ssir aktar ċara twassal għal aktar mistoqsijiet milli tweġibiet.