Collision
Collision
Dawn it-tnejn, li ġejjin minn dinjiet differenti, jaħbtu ma’ xulxin ġurnata waħda. Jiltaqgħu għall-ewwel darba. Jitkellmu lingwi differenti. Jiskopru lil xulxin b’mod innoċenti. Jilagħbu. Jiġġieldu. Jisplodu, jerfgħu, jiġġarfu, iħawdu, jingħaqdu, jieqfu, jitriegħdu, jilħqu, jespandu, ibaqbqu bil-ferħ, jibnu kompliċità, u eventwalment jgħidu addijo.