Event Series The Invite

The Invite

Spazju Kreattiv

Iż-żwieġ ta' Joe (Seth Rogen) u Angela (Olivia Wilde) jinsab mtertaq u f'mument sensittiv. Meta jistiednu lill-ġirien misterjużi tagħhom li joqgħodu fl-appartament ta’ fuqhom; koppja b'attitudni sesswalment pjuttost avventuruża ( maħduma minn Penélope Cruz u Edward Norton), għal ikla, is-suppost serata ordinarja tinbidel f'lejla umoristika u fl-istess ħin mimlijja sorpriżi mhux mistennija. Matul il-lejla tiżvolġi tensjoni profonda fiż-żwieġ tagħhom u xewqat li qatt ma kienu esplorati.

Trainspotting (30th Anniversary 4K Restoration)

Spazju Kreattiv

Ewan McGregor jinterpreta lil Mark Renton, l-aktar membru li juża moħħu fost grupp li jinkludi wkoll lil Sick Boy (Jonny Lee Miller), bniedem kompulsiv u li jħobb in-nisa, u lil Spud (Ewen Bremner), żagħżugħ sfortunat u goff.

Il-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta

Spazju Kreattiv

Il-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta' Malta huwa appuntament annwali li jgħaqqad flimkien kittieba u tradutturi minn Malta, mill-Mediterran u lil hinn. Jesebixxi l-ħsieb u l-kitba kontemporanja, filwaqt li jippromwovi l-interazzjoni bejn il-lingwi, il-ġeneri, u l-ġografiji, u jfittex li jiġu diskussi wħud mill-kwistjonijiet ewlenin ta' żmienna.