Il-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta

Spazju Kreattiv

Il-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta' Malta huwa appuntament annwali li jgħaqqad flimkien kittieba u tradutturi minn Malta, mill-Mediterran u lil hinn. Jesebixxi l-ħsieb u l-kitba kontemporanja, filwaqt li jippromwovi l-interazzjoni bejn il-lingwi, il-ġeneri, u l-ġografiji, u jfittex li jiġu diskussi wħud mill-kwistjonijiet ewlenin ta' żmienna.

Beyond the Visible: The Metaphysical Worlds of Olaug Vethal

Space A Spazju Kreattiv Pjazza Kastilja,, Valletta, Valletta, Malta

Din l-esebizzjoni tiċċelebra l-ħajja u l-legat artistiku ta’ Olaug Vethal, l-artista mwielda fin-Norveġja li għażlet lil Malta bħala darha u li ispirat ġenerazzjonijiet ta’ studenti permezz tat-tagħlim u l-prattika tagħha. Billi tlaqqa’ flimkien xogħlijiet li jkopru temi diversi, l-esebizzjoni tirrifletti l-faxxinu kbir ta’ Vethal bid-dimensjonijiet metafiżiċi tal-eżistenza.