Beyond the Visible: The Metaphysical Worlds of Olaug Vethal

Space A Spazju Kreattiv Pjazza Kastilja,, Valletta, Valletta, Malta

Din l-esebizzjoni tiċċelebra l-ħajja u l-legat artistiku ta’ Olaug Vethal, l-artista mwielda fin-Norveġja li għażlet lil Malta bħala darha u li ispirat ġenerazzjonijiet ta’ studenti permezz tat-tagħlim u l-prattika tagħha. Billi tlaqqa’ flimkien xogħlijiet li jkopru temi diversi, l-esebizzjoni tirrifletti l-faxxinu kbir ta’ Vethal bid-dimensjonijiet metafiżiċi tal-eżistenza.

Irish Film Day: The Queen of Ireland

Cinema

Dokumentarju li jsegwi d-drag queen Panti Bliss. Maħluq minn Rory O'Neill, Panti hija wkoll attivista aċċidentali u bil-kliem tagħha stess 'buffun tal-qorti, li r-rwol tiegħu huwa li jgħid dak li ma jingħadx'.

Chapters from the Technosphere: Reimagining Ways of Living

Spazju Kreattiv

Chapters from the Technosphere huwa proġett kollaborattiv immexxi mir-riċerka li jibbaża fuq il-kunċett tat-teknosfera; sistema ta’ skala planetarja ta’ infrastrutturi magħmula mill-bniedem u residwi tal-materjali. Il-proġett jittratta l-ispazju tal-esebizzjoni bħala laboratorju ħaj għall-interrogazzjoni ta’ kif is-sistemi kontemporanji tal-estrazzjoni, l-enerġija, l-ilma u l-ikel isawru d-dinja li ngħixu fiha.