Improvizza

Spazju Kreattiv

Improvizza! huwa festival biennali ta’ teatru improvizzat ibbażat f’Malta, imwaqqaf fl-2022. Organizzat ġewwa Spazju Kreattiv, il-festival jiġbor flimkien improvizzaturi lokali u internazzjonali għal erbat ijiem ta’ spettakli, workshops u esperjenzi kreattivi.

Framed in Focus: ADHD Women

Studio C Spazju Kreattiv Pjazza Kastilja,, Valletta, Valletta, Malta

L-aspettattivi riġidi tan-nisa f”Malta jistgħu jintensifikaw l-esperjenza tal-għajxien b’moħħ newrodiverġenti, fejn il-pressjoni biex wieħed jidher f’kontroll ħafna drabi taħbi l-fehim tiegħu stess.

Brains in Progress / Bodies in Process

Studio A

Proġett kollaborattiv li fih seba’ artisti jesploraw l-esperjenzi kondiviżi u differenti tal-ħajja bħala persuni queer u newrodiverġenti fis-soċjetà tal-lum. Li ngħixu l-ħajja waqt li inevitabbilment nirrifjutaw il-pressjonijiet tas-soċjetà fil-modi kif nipproċessaw l-informazzjoni u kif niffunzjonaw f’moħħna u f’ġisimna tana l-perspettivi li nħossu li għandna nesprimu.

MET Opera Live in HD: Così Fan Tutte (Mozart) LIVE

Spazju Kreattiv

Mimli melodiji mill-isbaħ, il-kummiedja romantika u satirika ta' Mozart issegwi żewġ baħrin li jibdlu l-identità tagħhom biex jittestjaw il-fedeltà tal-għarajjes tagħhom, b'riżultati komiċi u imprevedibbli.