All Day

Thanks to Jane

Lejn L-Atriju Spazju Kreattiv Pjazza Kastilja,, Valletta

Thanks to Jane hija tribut viżwali u soniku għar-reżistenza, il-kura, u r-rivoluzzjoni silenzjuża. Permezz ta’ ritratti suwed u bojod f’format medju, projezzjonijiet ta' vidjos, u ħsejjes stratifikati, din il-wirja individwali tagħti ġieħ lill-Jane Collective, grupp ta’ nisa li rriskjaw kollox biex jipprovdu edukazzjoni, konsulenza, u aborti sikuri meta s-sistema tagħhom kienet toffri biss silenzju jew mistħija.

For Want of (not) Measuring

Spazju Ċ Spazju Kreattiv Pjazza Kastilja,, Valletta

For Want of (not) Measuring hija wirja eklettika li tinvestiga r-rwol tal-kejl fl-arti u kif nipperċepixxu d-dinja ta’ madwarna. Hija tiġbor flimkien grupp ta’ artisti lokali u internazzjonali biex jesploraw l-użu problematiku u poetiku tas-sistemi u l-kejl.

A Few Rules for Predicting the Future

Spazju A Spazju Kreattiv Pjazza Kastilja,, Valletta

Kif nistgħu nittraversaw il-kunċetti ta' dak li mhux magħruf? L-esej A Few Rules for Predicting the Future tal-awtriċi tal-Afrofuturiżmu Octavia E. Butler jibbaża ruħu fuq dak li nistgħu u ma nistgħux inkunu nafu biex nimmaġinaw il-futur/i.