
Jien artista murali, illustratriċi u esploratriċi kreattiva mil-Lvant tat-Tramuntana tar-Renju Unit, li naħdem bl-isem ta’ Nocciola The Drawer. Nispeċjalizza f’xogħlijiet artistiċi b’kuluri jgħajtu, distinti, mimlija kuluri li jgħaqqdu l-figura tal-mara u d-disinji vivaċi, kollha bil-għan li joħolqu sens ta’ avvanz, ispirazzjoni, emanċipazzjoni u ċelebrazzjoni.
Il-fatt li nivvjaġġa u ngħix f’pajjiżi differenti sawwar l-istil ta’ tpinġija tiegħi. Nispira ruħi minn nies u postijiet li jrawmu l-komunità, l-imħabba tiegħi lejn l-ivvjaġġar, in-nies u li nsib konnessjonijiet huwa dak li jagħtini s-saħħa biex inwettaq ix-xogħlijiet tiegħi. Jien ottimista nomadika, li qed infittex stejjer pożittivi f’din id-dinja sabiħa, filwaqt li naqbad b’mod viżwali l-ispirtu tal-komunità, il-ferħ u l-passjoni li jgħaqqdu lin-nies. Nagħmel ħilti biex naqsam l-ideat u l-ilħna tal-komunitajiet, u b’mod partikolari nħoss li għandi ntejjeb l-aspirazzjonijiet tan-nisa u tal-bniet. Jien favur il-qawwa tal-arti fl-ispazji pubbliċi, u b’hekk nagħmilha aċċessibbli għal kulħadd u nlaqqa’ lin-nies flimkien.
Permezz ta’ the Red Tent ta’ Cosmana Navarra, l-għan tiegħi huwa li nħoloq proġett tal-arti inklużiv fil-komunità li jamplifika l-ilħna tal-bniet u tan-nisa, u b’hekk inħeġġeġ l-espressjoni kreattiva. Din l-inizjattiva, ispirata mill-ewwel patrun femminili tal-arti ta’ Malta, se tipprovdi spazju sikur għan-nisa u l-bniet fir-Rabat biex jaqsmu l-istejjer tagħhom permezz tal-kreattività.

I am a mural artist, illustrator and creative explorer from the North East of the UK, who works under the name Nocciola The Drawer. I specialise in bright, bold, colourful artwork that combines the female figure and lively patterns, all with the aim to uplift, inspire, empower and celebrate.
Travelling and living in different countries have shaped my drawing style. I am inspired by people and places that foster community, my love of travel, people and finding connections is the driving force behind my work. I am a nomadic optimist, looking for positive stories in this beautiful world, visually capturing the community spirit, joy and passion that unite people. I strive to share communities’ ideas and voices, particularly compelled to elevate women and girls’ aspirations. I champion the power of art in public spaces, making it accessible to everyone and bringing people together.
Through the Red Tent of Cosmana Navarra, I aim to create an immersive community art project that amplifies the voices of girls and women, encouraging creative expression. Inspired by Malta’s first female patron of the arts, this initiative will provide a safe space for women and girls in Rabat to share their stories, using creativity.
By transforming their contributions into a collective artwork, their voices will enter the public sphere, celebrating their experiences and identities. This residency will deepen my engagement with community-driven art, allowing me to explore new cultural perspectives in Malta while honouring Cosmana Navarra’s legacy of art for the community.