Skeċċ huwa l-festival nazzjonali ta’ drammi qosra ddedikat għall-preżentazzjoni ta’ vuċijiet innovattivi u prestazzjonijiet teatriċi li jispikkaw. It-tielet edizzjoni tal-festival se ssir mill-Ħamis 3 ta’ Ġunju sas-Sibt 5 ta’ Ġunju 2027, filwaqt li l-loġistika u t-tħejjija tal-post jibdew minn Tnejn 31 ta’ Mejju 2027. Il-festival se jinkludi numru ta’ produzzjonijiet li se jiġu ppreżentati f’diversi spazji fi ħdan Spazju Kreattiv, inkluż it-teatru, l-istudjos u saħansitra anke fiż-żoni ta’ barra. L-allokazzjoni tal-postijiet tiġi kkonfermata wara l-għażla tal-applikanti magħżula.
Eliġibbiltà
Miftuħ għal kittieba ta’ drammi, timijiet kreattivi u/jew kollettivi, f’kull livell ta’ esperjenza.
Is-sottomissjonijiet iridu jkunu xogħlijiet oriġinali li qatt ma saru jew intwerew qabel.
L-isem tal-applikant m’għandux jidher imkien fuq il-kopja tal-iskript. Għandu jiġi miktub biss in-numru (SCRIPT ID) li ser ikun ipprovdut fil-formola tal-applikazzjoni hawn taħt.
Tul
Kull dramm għandu jkollu tul ta’ bejn 10 u massimu 20 minuta.
L-iskripts għandhom ikunu ta’ mhux aktar minn 10–15-il paġna u għandhom jiġu sottomessi f’format ta’ dramm standard.
Lingwa
L-iskripts jistgħu jiġu sottomessi bil-Malti jew bl-Ingliż.
Tema
M’hemm l-ebda tema speċifika. Iżda huma mħeġġa dawk ix-xogħlijiet li jesploraw kwistjonijiet kontemporanji, id-diversità kulturali u forom innovattivi fil-pajsaġġ tar-rakkont.
Rekwiżiti
Is-sottomissjonijiet għandhom ikunu f’format PDF.
Għandha tiġi ppreżentata sinossi qasira ta’ massimu ta’ 150 kelma flimkien mal-iskript.
Numru ta’ Sottomissjonijiet
Kull applikant jista’ jissottometti skript wieħed biss.
B’għażla, l-applikant jista’ jissottometti skript addizzjonali għal prestazzjoni promenade (fil-ftuħ) speċifika għall-post, li se tittella’ fl-Atriju ta’ Spazju Kreattiv. F’dan il-każ, il-produzzjoni għandha tittella’ mingħajr rekwiżiti tekniċi u/jew elementi ta’ armar tas-sett li jkun free-standing. Minbarra din il-kundizzjoni, il-linji gwida u l-kriterji l-oħra kollha tas-sottomissjoni japplikaw bl-istess mod għall-prestazzjoni promenade speċifika għall-post.
Kif Tissottometti
Imla l-formola tal-applikazzjoni online pprovduta hawn taħt (is-sottomissjonijiet se jiġu aċċettati biss permezz ta’ din il-formola online).
Formoli tal-applikazzjoni mhux kompluti jew sottomissjonijiet li ma jkollhomx l-uploads meħtieġa u/jew li jkollhom l-isem tal-applikant inkluż fl-iskript, mhux se jiġu kkunsidrati.
Sottomissjonijiet li jaslu wara d-data ta’ skadenza mhux se jiġu kkunsidrati.
L-applikanti li s-sottomissjoni tagħhom tiġi magħżula ser jirċievu rċevuta ta’ konferma.
Linji Gwida għall-Produzzjoni
Il-produzzjonijiet għandu jkollhom kast limitat, filwaqt li titqies in-natura u l-intimità tal-ispazji dedikati fi ħdan Spazju Kreattiv.
Il-produzzjonijiet kollha għandhom ikunu adattabbli għad-diversi postijiet fi ħdan Spazju Kreattiv.
Ir-rekwiżiti tekniċi għandhom jinżammu għall-minimu sabiex tiġi żgurata l-adattabbiltà bejn il-postijiet.
L-allokazzjoni tal-postijiet hija fid-diskrezzjoni esklussiva tat-tim artistiku tal-Festival.
Il-kittieba u/jew it-tim kreattiv għandhom ikunu disponibbli kollha għall-provi matul il-ġimgħat ta’ qabel il-Festival.
Il-parteċipanti magħżula ser jkunu meħtieġa jieħdu sehem f’attivitajiet promozzjonali relatati mal-Festival.
Il-postijiet tal-Festival se jkunu disponibbli għall-provi biss matul il-ġimgħa tal-produzzjoni, jiġifieri mit-Tnejn 31 ta’ Mejju 2027 ’il quddiem u mhux qabel.
Prestazzjonijiet
Kull produzzjoni magħżula se tittella’ diversi drabi matul il-Festival (mill-Ħamis 3 ta’ Ġunju sas-Sibt 5 ta’ Ġunju 2027). L-iskeda tal-prestazzjonijiet se tiġi kkomunikata aktar qrib id-dati tal-Festival. Il-prestazzjonijiet tal-Festival se jsiru bejn is-7 pm u l-11 pm ta’ kull jum rispettiv.
Spazju Kreattiv se jipprovdi t-tagħmir tekniku meħtieġ għall-Festival. Ir-rekwiżiti tekniċi (technical riders) se jiġu diskussi individwalment ma’ kull applikant magħżul. Fid-dawl tan-natura tal-Festival, il-produzzjonijiet huma mistennija jaħdmu b’installazzjoni teknika minima.
Kull produzzjoni hija responsabbli biex tipprovdi l-props, il-kostumi, il-make-up u l-elementi tas-sett tagħha stess. Elementi minimalisti huma mħeġġin sabiex jiġu ffaċilitati t-tibdil bejn il-produzzjonijiet u t-tranżizzjoni bejn il-postijiet.
Drittijiet tal-Prestazzjoni
Bis-sottomissjoni ta’ skript lill-Festival, l-applikanti jagħtu lil Spazju Kreattiv id-dritt li jtella’ x-xogħol bħala parti mill-Festival.
Il-kittieba jżommu d-drittijiet kollha intellettwali u d-drittijiet kreattivi l-oħra kollha relatati max-xogħol tagħhom, bl-eċċezzjoni tad-drittijiet tal-prestazzjoni nnifisha mogħtija lil Spazju Kreattiv għall-Festival.
Se jiġi ffirmat ftehim formali bejn rappreżentant legali; wieħed min-naħa tal-produzzjoni u ieħor ta’ Spazju Kreattiv.
Appoġġ Finanzjarju
Kull produzzjoni magħżula se tirċievi kontribuzzjoni ta’ €2,000 (inkluż il-VAT) mingħand Spazju Kreattiv. Din il-kontribuzzjoni titħallas mal-preżentazzjoni ta’ invoice fiskali valida.
Din il-kontribuzzjoni se titħallas lir-rappreżentant legali li jiffirma l-ftehim ma’ Spazju Kreattiv. Il-firmatarju jkun responsabbli għall-ġestjoni u l-amministrazzjoni tal-baġit allokat għall-produzzjoni.
Il-firmatarju għandu jkollu numru tal-VAT Malti validu.
Il-kontribuzzjoni tkun mogħtija biex tappoġġja l-produzzjoni tax-xogħol, inkluż il-ħlas ta’ onorarji artistiċi u spejjeż oħra relatati mal-produzzjoni. Spazju Kreattiv jirriżerva d-dritt li jitlob kopji ta’ rċevuti jew dokumentazzjoni ta’ sostenn oħra sabiex jivverifika l-użu xieraq tal-fondi allokati.
Il-parteċipanti jistgħu jfittxu fondi/sorsi oħra ta’ finanzjament flimkien mal-fondi mogħtija minn Spazju Kreattiv.
Skadenza
Is-sottomissjonijiet kollha għandhom jaslu sal-Ħamis 15 ta’ Ottubru 2026 f’12:00 pm.
L-applikanti se jiġu infurmati bir-riżultati permezz tal-email.
Jingħata feedback meta jkun hemm talba.
L-applikanti magħżula għandhom jikkonfermaw il-parteċipazzjoni tagħhom fi żmien tlett ijiem minn meta jirċievu l-email ta’ konferma.
Skeda ta’ Żmien u Riżultati Mistennija
Tħabbira tal-iskripts magħżula – sa Tnejn 7 ta’ Diċembru 2026 (l-applikanti magħżula għandhom jikkonfermaw il-parteċipazzjoni tagħhom jew ulterjurament jinfurmawna sal-Ħamis 10 ta’ Diċembru 2026 fl-4:00 pm).
Konferma tat-timijiet tal-produzzjoni – sal-Ħamis 28 ta’ Jannar 2027.
Allokazzjoni tal-postijiet għal kull produzzjoni – sal-Ħamis 25 ta’ Frar 2027.
Photoshoot u Videoshoot – Marzu 2027 (id-data tiġi kkonfermata wara l-konferma tal-parteċipanti magħżula).
Provi – Marzu 2027 – Mejju 2027 (il-produtturi huma responsabbli għall-ispazji tal-provi).
Sottomissjoni tat-technical riders u tal-kontenut għall-ktejjeb tal-Festival mit-timijiet tal-produzzjoni – sal-Ħamis 25 ta’ Marzu 2027.
Ġimgħa tal-Produzzjoni – mit-Tnejn 31 ta’ Mejju 2027 sal-Erbgħa 2 ta’ Ġunju 2027.
Dati tal-Festival – il-Ħamis 3 ta’ Ġunju sas-Sibt 5 ta’ Ġunju 2027.
Ċerimonja tal-Għeluq – il-Ħadd 6 ta’ Ġunju 2027.
Żarmar – is-Sibt 5 ta’ Ġunju 2027 (wara l-aħħar prestazzjoni) jew il-Ħadd 6 ta’ Ġunju sal-4:00 pm.
Skeċċ is the national short play festival dedicated to showcasing innovative voices and diverse theatre practices. The third edition of the festival will take place from Thursday 3 June to Saturday 5 June 2027, with venue set-up commencing on Monday 31 May 2027. The festival will feature a number of productions presented across various spaces at Spazju Kreattiv, including the theatre, studios and outdoor areas. The allocation of venues will be confirmed following the selection of the successful applicants.
Eligibility
Open to playwrights, creative teams/collectives with all levels of experience.
Submissions must be original works that have not been previously produced.
The applicant’s name must not appear anywhere on the copy of the script. Only the Script ID provided in the application form below should appear on the script.
Duration
Each play must have a running time of 10 to 20 minutes.
Scripts should be at most 10–15 pages in length and submitted in a standard play format.
Language
Scripts may be submitted in either Maltese or English.
Theme
There is no specific theme. However, works exploring contemporary issues, cultural diversity and innovative storytelling are encouraged.
Requirements
Submissions must be in PDF format.
A brief synopsis of a maximum of 150 words must accompany the script.
Number of Submissions
Each applicant may submit one script only.
Optionally, applicants may submit an additional script for a site-specific promenade performance to be staged in the Spazju Kreattiv Atrium. In this case, the production must be staged without technical requirements and/or free-standing set elements. Except for this condition, all other submission guidelines and criteria apply equally to the site-specific promenade performance.
How to Submit
Complete the online application form provided below (submissions will only be accepted through this online form).
Incomplete application forms, submissions with missing required uploads and/or submissions that include the applicant’s name within the script will not be considered.
Submissions received after the stated deadline will not be considered.
Applicants will receive an acknowledgement of receipt confirming the successful submission of their application.
Production Guidelines
Productions should have a limited cast, taking into consideration the intimate nature of Spazju Kreattiv’s venues.
All productions must be adaptable to the various venues at Spazju Kreattiv.
Technical requirements should be kept to a minimum to ensure adaptability across venues.
The allocation of performance venues is at the sole discretion of the Festival’s artistic team.
Playwrights and/or the creative team must be available for rehearsals during the weeks leading up to the Festival.
Selected participants will be required to take part in promotional activities related to the Festival.
Spazju Kreattiv will not commit to providing rehearsal spaces to the selected productions in the Festival. Festival venues will only be available for rehearsals during Production Week, i.e. from Monday 31 May 2027 onwards.
Performances
Each selected production will be performed multiple times throughout the Festival (Thursday 3 June – Saturday 5 June 2027). Performance schedules will be communicated closer to the Festival dates. Festival performances will take place between 7 pm and 11 pm each day.
Spazju Kreattiv will provide the technical equipment required for the Festival. Technical riders will be discussed individually with each selected applicant. In view of the nature of the Festival, productions are expected to work with a minimal technical set-up.
Each production is responsible for providing its own props, costumes, make-up and set pieces. A minimal approach is encouraged to facilitate changeovers and adaptability across venues.
Performance Rights
By submitting a script to the Festival, applicants grant Spazju Kreattiv the right to stage the work as part of the Festival.
Playwrights retain all intellectual property and other creative rights relating to their work, except for the performance rights granted to Spazju Kreattiv for the Festival.
A formal agreement will be signed between one legal representative of the production and Spazju Kreattiv.
Financial Support
Each selected production will receive a contribution of €2,000 (incl. VAT) from Spazju Kreattiv. This contribution will be paid upon submission of a valid fiscal invoice.
This contribution will be disbursed to the legal representative who signs the agreement with Spazju Kreattiv. The signatory will be responsible for the management and administration of the allocated production budget.
The signatory must hold a valid Maltese VAT number.
The contribution is intended to support the production of the work, including the payment of artistic fees and other production-related expenses. Spazju Kreattiv reserves the right to request copies of receipts or other supporting documentation to verify the appropriate use of the allocated funds.
Participants may seek other sources of funding in addition to the funds disbursed by Spazju Kreattiv.
Deadline
All submissions must be received by Thursday 15 October 2026 at 12 pm (CET).
Applicants will be notified of the results via email.
Feedback may be provided upon request.
Selected applicants must confirm their participation within three days of receiving the confirmation email.
Timelines and Deliverables
Announcement of selected scripts – by Monday 7 December 2026 (selected applicants must confirm their participation, or otherwise notify Spazju Kreattiv, by Thursday 10 December 2026 at 4 pm CET).
Confirmation of Production Teams – by Thursday 28 January 2027.
Designation of venues for each production – by Thursday 25 February 2027.
Photoshoot and video shoot – March 2027 (date to be confirmed upon confirmation of selected participants).
Rehearsals – March 2027 to May 2027.
Submission of technical riders and content for the Festival booklet by production teams – by Thursday 25 March 2027.
Production Week – Monday 31 May 2027 to Wednesday 2 June 2027.
Festival Dates – Thursday 3 June to Saturday 5 June 2027.
Closing Ceremony – Sunday 6 June 2027.
Dismantling – Saturday 5 June 2027 (after the last performance) or Sunday 6 June 2027 by 4 pm.