Chapters from the Technosphere: Reimagining Ways of Living
Spazju KreattivChapters from the Technosphere huwa proġett kollaborattiv immexxi mir-riċerka li jibbaża fuq il-kunċett tat-teknosfera; sistema ta’ skala planetarja ta’ infrastrutturi magħmula mill-bniedem u residwi tal-materjali. Il-proġett jittratta l-ispazju tal-esebizzjoni bħala laboratorju ħaj għall-interrogazzjoni ta’ kif is-sistemi kontemporanji tal-estrazzjoni, l-enerġija, l-ilma u l-ikel isawru d-dinja li ngħixu fiha.