Brains in Progress / Bodies in Process

Studio A

Proġett kollaborattiv li fih seba’ artisti jesploraw l-esperjenzi kondiviżi u differenti tal-ħajja bħala persuni queer u newrodiverġenti fis-soċjetà tal-lum. Li ngħixu l-ħajja waqt li inevitabbilment nirrifjutaw il-pressjonijiet tas-soċjetà fil-modi kif nipproċessaw l-informazzjoni u kif niffunzjonaw f’moħħna u f’ġisimna tana l-perspettivi li nħossu li għandna nesprimu.

Opening Doors – International Day of Persons with Disabilities

Studio A

Dan l-istaġun, l-Assoċjazzjoni Opening Doors qed tkompli bl-ingaġġ tagħha ma’ Spazju Kreattiv, permezz ta’ workshops artistiċi inklużivi. Mill-CreativeLab sal-Jum Internazzjonali tal-Persuni b’Diżabbiltà, kulħadd huwa mistieden jingħaqad mal-artisti bravissimi tal-organizzazzjoni u jara b’għajnejh xi wħud mill-uniċi prestazzjonijiet ta’ ħiliet imħallta li bħalissa qed iseħħu f’Malta. Permezz ta’ dawn l-inizjattivi, l-Assoċjazzjoni Opening Doors u Spazju Kreattiv ikomplu jippromwovu prattiki inkl