Malta Cafe Scientifique – More than skin deep: Can body heat help find skin cancer?

Studio B Spazju Kreattiv Pjazza Kastilja,, Valletta, Valletta, Malta

Għal ħafna nies b’ qata’ suspettuża fil-ġilda, il-proċess biex jinkiseb rizultat jista’ jkun twil u mimli inċertezza. Wara konsultazzjoni inizjali, il-pazjenti jistgħu jiġu riferuti l-isptar, fejn il-leżjonijiet jitneħħew u jintbagħtu għall-analiżi mediċi. Għalkemm din il-proċedura hija essenzjali, tista’ tinvolvi ġimgħat ta’ stennija, li jikkawżaw ansjetà u jqiegħdu pressjoni sinifikanti fuq ir-riżorsi tal-isptar.