Wombs on Strike – Interdisciplinary exploratory artistic research leading to a proof of concept

Ritratt minn | Photo by: Sofia Lasserrot

Wombs on Strike huwa proġett ta’ riċerka artistika esploratorja u interdixxiplinarja bl-għan li twassal għal prova tal-kunċett. Din l-esplorazzjoni artistika hija msejsa fuq livell soċjali u tuża metodoloġija interdixxiplinarja u ko-kreattiva, imfassla madwar id-drittijiet tan-nisa.

Il-proposta għandha l-għan li tiġbor, tirrakkonta u taqsam stejjer tan-nisa li jiċċelebraw il-multitudnijiet u d-diversità li mara tesprimi lil hinn mill-maternità, billi tħares lejn in-narrattivi multipli u diversi tan-nisa bbażati f’Malta/Għawdex li għażlu li ma jkollhomx tfal. Ir-riċerka se tħares lejn esperjenzi minn ġenerazzjonijiet differenti billi tidentifika x’hemm komuni, il-kuntrasti, l-intersezzjonijiet u l-isfumaturi varjati li din l-għażla ta’ ħajja tista’ tinvolvi; għażla ta’ ħajja li tisfida u tirreżisti l-isterjotip tan-nisa bħala ommijiet (Chollet, 2023; Louie, 2025; Magennis, 2024; O’Donnell Heffington, 2023; Warrington, 2024). L-objettiv ġenerali jilħaq il-qofol tiegħu fl-iżvilupp ta’ prova tal-kunċett, u se jintlaħaq billi tiġi adottata kollaborazzjoni transsettorjali, inklużi l-arti u l-kreattività, l-antropoloġija kulturali, is-soċjoloġija, kwistjonijiet tal-ġeneru, id-drittijiet tal-bniedem u l-attiviżmu.

Tim kreattiv:

Kristina Borg: Artista-riċerkatriċi, ko-kittieba u ko-direttriċi
Erica Muscat: Ko-kittieba u ko-direttriċi
Deborah Falzon: Direttriċi tal-moviment u konsulent transkulturali
Yasmin Kuymizakis: Artista tal-ħoss
Virginia Monteforte: Ko-riċerkatriċi (antropoloġija kulturali)
Roberta Scerri: Ko-riċerkatriċi (soċjoloġija u kwistjonijiet tal-ġeneru)
Sofia Lasserrot: Disinjatriċi grafika
Women’s Rights Foundation: organizzazzjoni volontarja
Il-Kollettiv: organizzazzjoni volontarja
Performers: jintgħażlu bħala parti mill-proċess

Wombs on Strike – Interdisciplinary exploratory artistic research leading to a proof of concept’ is a socially embedded artistic exploration that utilises an interdisciplinary and co-creative methodology, framed around a women’s rights-based approach.

The proposal aims to collect, tell and share women stories that celebrate the multitudes of womanhood and the diversity expressed beyond motherhood, by looking at the multiple, diverse narratives and experiences of Malta/Gozo-based women who opt(ed) not to have children across generations, mapping out commonalities, contrasts, intersections and varied nuances that this life choice might entail; a life choice that challenges and resists the gender stereotype of women as mothers (Chollet,2023; Louie, 2025; Magennis, 2024; O’Donnell Heffington, 2023; Warrington, 2024). The overall objective will culminate in the development of a proof of concept, and will be achieved by adopting a cross-sectoral collaboration, including arts and creativity, cultural anthropology, sociology, gender issues, human rights and activism.

 

Creative team:

 

Kristina Borg: Artist-researcher, co-writer & co-director
Erica Muscat: Co-writer & co-director
Deborah Falzon: Movement director & transcultural counsellor
Yasmin Kuymizakis: Sound artist
Virginia Monteforte: Co-researcher (cultural anthropology)
Roberta Scerri: Co-researcher (sociology and gender issues)
Sofia Lasserrot: Graphic designer
Women’s Rights Foundation: voluntary organisation
Il-Kollettiv: voluntary organisation
Performers: to be selected as part of the process